+Artikolu 18 Riskju ġenerali ta’ negozju
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7

Artikolu 18 Riskju ġenerali ta’ negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi ġestjoni robusta u sistemi ta’ kontroll biex jidentifika, iżomm monitoraġġ, u jiġġestixxi riskji ġenerali ta’ negozju, inkluż telf li jirriżulta minn eżekuzzjoni ta’ livell baxx ta’ strateġija tan-negozju, flussi negattivi ta’ flus kontanti, jew spejjeż mhux mistennija u eċċessivament kbar.

Artikolu 18 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jżomm irkupru vijabbli u, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, pjan ta’ stralċ ordinat kif meħtieġ skont l-Artikolu 10(4).

Artikolu 18 3

3.   Operatur ta’ SIPS għandu jiddetermina, abbażi tal-profil tar-riskju tan-negozju ġenerali u ż-żmien meħtieġ biex jirnexxi rkupru u/jew stralċ ordnat tal-operazzjonijiet u servizzi kritiċi tiegħu, l-ammont ta’ attiv meħtieġ għall-implementazzjoni tal-pjan msemmi fil-paragrafu 2. Dan l-ammont m’għandux ikun inqas minn sitt xhur tal-ispejjeż operattivi kurrenti.

Artikolu 18 4

4.   Sabiex jiġi kopert l-ammont msemmi fil-paragrafu 3, operatur ta’ SIPS għandu jkollu attiv nett likwidu ffinanzjat mill-ekwità, pereżempju stokk komuni, riżervi żvelati jew qligħ ieħor miżmum, sabiex ikun jista’ jkompli l-operazzjonijiet u s-servizzi bħala negozju avvjat. Dan l-attiv għandu jiżdied mar-riżorsi miżmuma biex ikopri l-inadempjenza tal-parteċipant jew riskji oħra koperti taħt l-Artikoli 11 u 13. L-ekwità miżmuma taħt standards internazzjonali tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju jistgħu jiġu inklużi biex jiġu evitati rekwiżiti tal-kapital doppji.

Artikolu 18 5

5.   Attiv imsemmi fil-paragrafu 4 miżmum biex ikopri riskju ġenerali tan-negozju għandu jkun ta’ likwidità suffiċjenti u ta’ kwalità għolja sabiex ikun disponibbli fil-ħin meħtieġ, u għandu jkun ssegregati mill-attiv tal-operatur ta’ SIPS użat għall-operazzjonijiet ta’ kuljum. L-operatur ta’ SIPS għandu jkun jista’ jirrealizza dan l-attivi miżmum biex ikopri r-riskju tan-negozju ġenerali bi ftit effett negattiv, jekk ikun hemm, sabiex ikun jista’ jkompli b’operazzjonijiet u servizzi bħala negozju avvjat jekk ikollu telf tan-negozju ġenerali.

Artikolu 18 6

6.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi pjan kapitali vijabbli sabiex iżid ekwità addizzjonali jekk l-ekwità tiegħu taqa’ viċin jew taħt l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 18 7

7.   Il-paragrafi 3 sa 6 m’għandhomx japplikaw għas-SIPS tal-Eurosistema.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.