+Artikolu 20 Riskju operattiv
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
---+Artikolu 20 8
---+Artikolu 20 9

Artikolu 20 Riskju operattiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi qafas robust b’sistemi, politiki, proċeduri u kontrolli xierqa li jidentifikaw, iżommu monitoraġġ u jiġġestixxu r-riskju operattiv.

Artikolu 20 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jirrevedi, jagħmel awditu, u jittestja sistemi, politiki, proċeduri u kontrolli operattivi perjodikament u wara tibdil sinifikanti.

Artikolu 20 3

3.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi livell ta’ servizz u objettivi u politiki ta’ affidabbiltà operattiva ddisinjati biex jakkwistaw dawk l-objettivi. Huwa għandu jirrevedi l-oġġettivi u l-politiki mill-inqas darba fins-sena.

Artikolu 20 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li SIPS, f’kull ħin, għandha kapaċità li tittratta żidiet fil-volumi ta’ ħlas li jseħħu minħabba każijiet ta’ stress, u li hija tista’ tikseb l-oġġettivi tal-livell tas-servizz tagħha.

Artikolu 20 5

5.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi politiki ta’ sigurtà fiżika u politiki ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), proċessi u sistemi ta’ politika komprensivi, kif ukoll sistemi ta’ informazjzoni reżiljenti li jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu b’mod adegwat il-vulnerabbiltajiet, it-theddid ta’ inċidenti u r-riskji potenzjali kollha f’ambjent ta’ IT. Huwa għandu jirrevedi l-politiki mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 20 6

6.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi pjan ta’ kontinwità tan-negozju li jindirizza avvennimenti li joħolqu riskju sinifikanti li jisfrattaw l-operazzjonijiet tas-SIPS. Il-pjan għandu jinkludi l-użu ta’ siti sekondarji u jkun iddisinjat biex jiżgura li sistemi ta’ teknoloġija ta’ informazzjoni teknoloġika kritika jistgħu ikomplu l-operazzjonijiet fi żmien sagħtejn ta’ dawk l-avvenimenti. Il-pjan għandu jiġi ddisinjat b’mod li s-SIPS dejjem tista’ tagħmel saldu tal-ħlasijiet dovuti sa tmiem il-jum ta’ negozju li fih seħħ l-isfrattu. L-operatur ta’ SIPS għandu jittestja l-pjan u r-reviżjoni mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 20 7

7.   Operatur ta’ SIPS għandu jidentifika parteċipanti kritiċi fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ volumi u valuri ta’ ħlas u l-impatt potenzjali tagħhom fuq parteċipanti oħra u s-SIPS bħala ħaġa waħda, fl-eventwalità ta’ problema operattiva sinifikanti esperjenzata minn dawn il-parteċipanti.

Artikolu 20 8

8.   Operatur ta’ SIPS għandu jidentifika, iżomm monitoraġġ, u jiġġestixxi r-riskji li parteċipanti kritiċi, li mhumiex IFM, u fornituri ta’ servizzi u ta’ utilità jistgħu jimponu fuq l-operazzjonijiet tas-SIPS.

Artikolu 20 9

9.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għal “riskju” jinkludu r-riskji speċifikati fl-Artikoli 21 u 22.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.