6. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi pjan ta’ kontinwità tan-negozju li jindirizza avvennimenti li joħolqu riskju sinifikanti li jisfrattaw l-operazzjonijiet tas-SIPS. Il-pjan għandu jinkludi l-użu ta’ siti sekondarji u jkun iddisinjat biex jiżgura li sistemi ta’ teknoloġija ta’ informazzjoni teknoloġika kritika jistgħu ikomplu l-operazzjonijiet fi żmien sagħtejn ta’ dawk l-avvenimenti. Il-pjan għandu jiġi ddisinjat b’mod li s-SIPS dejjem tista’ tagħmel saldu tal-ħlasijiet dovuti sa tmiem il-jum ta’ negozju li fih seħħ l-isfrattu. L-operatur ta’ SIPS għandu jittestja l-pjan u r-reviżjoni mill-inqas darba fis-sena.