6. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu proċeduri stabbiliti biex jiġi żgurat li mill-anqas kwalunkwe inċident ċibernetiku ewlieni li jolqot negattivament is-SIPS, inklużi inċidenti li joriġinaw minn parteċipanti tas-SIPS u fornituri terzi ta’ servizzi, huma rrrapportati lil: a) il-Bord, il-Maniġment, u, fejn applikabbli, il-Maniġment tal-Fergħa; u b) l-awtorità kompetenti. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu fis-seħħ proċessi ta’ tagħlim u titjib kontinwu relatati maċ-ċibersigurtà. Dawn il-proċessi għandhom jinkludu, pereżempju, l-iżgurar li l-qafas tar-reżiljenza ċibernetika jqis żviluppi ta’ theddid kif ukoll rieżamijiet ta’ inċidenti ċibernetiċi bit-tagħlimiet meħuda.