+Artikolu 21 Riskju ċibernetiku
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
|
Artikolu 21 Riskju ċibernetiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi qafas komprensiv ta’ reżiljenza ċibernetika b’miżuri ta’ governanza xierqa li jippermettulu jiġġestixxi b’mod effettiv u effiċjenti r-riskji ċibernetiċi, u strateġija ta’ reżiljenza ċibernetika li tqis it-tolleranza għar-riskju u l-predispożizzjoni għar-riskju tal-operatur ta’ SIPS.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Il-qafas tar-reżiljenza ċibernetika msemmi fil-paragrafu 1, għandu jiżgura mill-inqas:
|
(a)
|
l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ rwoli ewlenin, inkluż l-obbligu ta’ rendikont għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni, il-proċessi, l-operazzjonijiet, is-servizzi, u l-attiv ta’ informazzjoni li jappoġġaw l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS sabiex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa għall-protezzjoni u l-irkupru f’waqtu tagħhom fil-eventwalità ta’ attakk ċibernetiku;
|
|
(b)
|
il-protezzjoni adegwata tas-SIPS mir-riskji ċibernetiċi, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ kontrolli effettivi tas-sigurtà u t-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontroll dwar il-funzjonament u s-sigurtà tas-sistemi ewlenin tal-ICT, l-ipproċessar jew il-ħżin ta’ informazzjoni sensittiva;
|
|
(c)
|
id-detezzjoni f’waqtha u xierqa ta’ kwalunkwe inċident ċibernetiku jew sinjali tiegħu, inkluż permezz tal-monitoraġġ ta’ attivitajiet anomali;
|
|
(d)
|
ir-rispons għal kwalunkwe inċident ċibernetiku jew kwalunkwe avveniment avvers u l-irkupru minnu fil-ħin u b’mod xieraq, li jippermetti lis-SIPS jerġa’ jibda l-operazzjonijiet kritiċi malajr u b’mod li jillimita kwalunkwe ħsara lis-SIPS.
|
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi programm ta’ ttestjar biex jittestja regolarment l-effettività operazzjonali tal-proċessi, il-proċeduri u l-kontrolli kollha tal-qafas tar-reżiljenza ċibernetika msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Bħala parti minn dan il-programm ta’ ttestjar, l-operatur ta’ SIPS għandu jwettaq testijiet tal-penetrazzjoni mmexxija mit-theddid TIBER-EU li jinvolvu l-użu ta’ tekniki biex jiġi simulat attakk fuq il-funzjonijiet kritiċi u s-sistemi sottostanti tas-SIPS kif stabbilit fil-qafas TIBER-EU.
Fejn fergħa hija identifikata bħala operatur ta’ SIPS, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu kont tar-riżultati ta’ test ta’ penetrazzjoni mwettaq mill-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment dipendenti jekk tali test ta’ penetrazzjoni jista’ jitqies eżerċizzju komparabbli ma’ test TIBER-EU, u jekk jikseb ukoll l-effikaċja tal-kontrolli u s-sistemi tal-fergħa rilevanti.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. Operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li l-Bord u l-Maniġment tiegħu, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa tiegħu, kif ukoll il-persunal tal-operatur ta’ SIPS ikollhom fehim sod tar-reżiljenza ċibernetika u livell sod ta’ għarfien tas-sitwazzjoni tal-ambjent ta’ theddid ċibernetiku li fih jopera permezz ta’ proċess effettiv ta’ intelligence dwar it-theddid u kondiviżjoni ta’ informazzjoni fl-organizzazzjoni tiegħu u ma’ entitajiet interkonnessi oħra fis-sistema finanzjarja kollha.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu fis-seħħ sistemi, politiki, proċeduri u kontrolli xierqa li jippermettulu jivvaluta u jifhem l-effettività tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-qafas tiegħu dwar ir-reżiljenza ċibernetika.
|
|
Artikolu 21 6
|
6. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu proċeduri stabbiliti biex jiġi żgurat li mill-anqas kwalunkwe inċident ċibernetiku ewlieni li jolqot negattivament is-SIPS, inklużi inċidenti li joriġinaw minn parteċipanti tas-SIPS u fornituri terzi ta’ servizzi, huma rrrapportati lil: a) il-Bord, il-Maniġment, u, fejn applikabbli, il-Maniġment tal-Fergħa; u b) l-awtorità kompetenti. Operatur ta’ SIPS għandu jkollu fis-seħħ proċessi ta’ tagħlim u titjib kontinwu relatati maċ-ċibersigurtà. Dawn il-proċessi għandhom jinkludu, pereżempju, l-iżgurar li l-qafas tar-reżiljenza ċibernetika jqis żviluppi ta’ theddid kif ukoll rieżamijiet ta’ inċidenti ċibernetiċi bit-tagħlimiet meħuda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|