+Artikolu 22 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6
---+Artikolu 22 7
---+Artikolu 22 8

Artikolu 22 Esternalizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jibqa’ f’kull ħin responsabbli għal konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kwalunkwe funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi esternalizzati relatati mal-operat tas-SIPS.

Artikolu 22 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni ma timminax il-kapaċità tal-operatur ta’ SIPS li jikkonforma mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u ma tirriżultax espressament jew b’implikazzjoni fid-delega tar-responsabbiltà tal-operatur ta’ SIPS għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament lill-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni.

Artikolu 22 3

3.   Operatur ta’ SIPS meta jesternalizza lil parti terza jew entità intragrupp għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti kuntrattwali bil-miktub bejnu u l-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti kuntrattwali għandhom mill-inqas:

(a)

jiżguraw li l-operatur ta’ SIPS jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, liġijiet applikabbli oħra, rekwiżiti regolatorji u kuntratti;

(b)

jinkludu deskrizzjoni ċara u preċiża tal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi esternalizzati, tal-funzjonijiet tal-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni u wkoll tal-allokazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-arranġamenti kuntrattwali;

(c)

jiżguraw id-drittijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti li teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 29(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ esternalizzazzjoni relatata mal-funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi kritiċi tas-SIPS kif definiti fl-Artikolu 10(4), kif ukoll jiżguraw id-drittijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti biex teżerċita s-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 29(1), il-punti (b) u (c), ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jispeċifikaw jekk is-subesternalizzazzjoni tal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi kritiċi tas-SIPS hijiex permessa u l-kundizzjonijiet li japplikaw f’każijiet bħal dawn, u li għandhom jiżguraw il-konformità tal-operatur ta’ SIPS mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(e)

jiżguraw id-dritt tal-operatur ta’ SIPS li jittermina l-arranġament kuntrattwali f’każ ta’ ksur sinifikanti ta’ liġijiet, regolamenti jew termini kuntrattwali u jekk il-konformità mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu ma tkunx tista’ tiġi żgurata.

Artikolu 22 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu jkollu qafas komprensiv ta’ esternalizzazzjonifis-seħħ biex jidentifika, iżomm monitoraġġ u jiġġestixxi b’mod effettiv ir-riskji li jirriżultaw minn kwalunkwe esternalizzazzjoni u matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu. L-operatur ta’ SIPS għandu jkollu fis-seħħ ukoll strateġija ta’ esternalizzazzjoni li tqis it-tolleranza tar-riskju tal-operatur tas-SIPS.

Artikolu 22 5

5.   Il-qafas ta’ esternalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 għandu jippermetti lill-operatur ta’ SIPS biex mill-inqas:

(a)

jivvaluta kwalunkwe riskju li jista’ jirriżulta mill-esternalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe riskju ta’ konċentrazzjoni u riskju relatat mas-sottokuntrattar, qabel l-iffirmar ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali;

(b)

jidentifika u jiġġestixxi b’mod effettiv ir-riskji relatati ma’ kwalunkwe esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi kritiċi tas-SIPS;

(c)

jiżgura l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess relatat mal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi esternalizzati;

(d)

jeżerċita drittijiet ta’ awditu meħtieġa biex jiġu vvalutata r-riskji ta’ esternalizzazzjoni relatati u biex jikkonforma mal-obbligi regolatorji tiegħu. Dan għandu jinkludi pjan għal awditi u spezzjonijiet fuq il-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni relati mal-funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi kritiċi tas-SIPS.

Artikolu 22 6

6.   Operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx l-effettività u s-solidità tal-operazzjoni tas-SIPS u s-solidità tas-sistemi, il-politiki, il-kontrolli interni u l-proċeduri relatati tagħha.

Artikolu 22 7

7.   Fil-każ ta’ esternanlizzazzjoni relatata mal-funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi kritiċi ta’ SIPS kif definiti fl-Artikolu 10(4), operatur ta’ SIPS għandu jiżviluppa u jżomm strateġija ta’ ħruġ li ma tirriżultax fi tfixkil fl-operazzjonijiet ta’ SIPS.

Artikolu 22 8

8.   L-Eurosistema għandha tiżviluppa gwida mhux vinkolanti indirizzata lill-operaturi ta’ SIPS dwar ir-rekwiżiti relatati mal-esternalizzazzjoni. Tali gwida għandha tkun disponibbli mill-BĊE fuq il-websajt tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.