+Artikolu 22 3
|
Artikolu 22 3
3. Operatur ta’ SIPS meta jesternalizza lil parti terza jew entità intragrupp għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti kuntrattwali bil-miktub bejnu u l-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti kuntrattwali għandhom mill-inqas:
|
(a)
|
jiżguraw li l-operatur ta’ SIPS jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, liġijiet applikabbli oħra, rekwiżiti regolatorji u kuntratti;
|
|
(b)
|
jinkludu deskrizzjoni ċara u preċiża tal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi esternalizzati, tal-funzjonijiet tal-fornitur ta’ servizz ta’ esternalizzazzjoni u wkoll tal-allokazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-arranġamenti kuntrattwali;
|
|
(c)
|
jiżguraw id-drittijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti li teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 29(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ esternalizzazzjoni relatata mal-funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi kritiċi tas-SIPS kif definiti fl-Artikolu 10(4), kif ukoll jiżguraw id-drittijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti biex teżerċita s-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 29(1), il-punti (b) u (c), ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
jispeċifikaw jekk is-subesternalizzazzjoni tal-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi kritiċi tas-SIPS hijiex permessa u l-kundizzjonijiet li japplikaw f’każijiet bħal dawn, u li għandhom jiżguraw il-konformità tal-operatur ta’ SIPS mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(e)
|
jiżguraw id-dritt tal-operatur ta’ SIPS li jittermina l-arranġament kuntrattwali f’każ ta’ ksur sinifikanti ta’ liġijiet, regolamenti jew termini kuntrattwali u jekk il-konformità mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu ma tkunx tista’ tiġi żgurata.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|