1. Għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju, operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li r-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tas-SIPS jippermettulu illi jiġbor informazzjoni dwar parteċipazzjoni indiretta sabiex jidentifika, iżomm monitoraġġ u jiġġestixxi kwalunkwe riskju materjali għas-SIPS li jinħoloq minn parteċipazzjoni. Din l-informazzjoni għandha, bħala minimu, tkopri dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-attività li parteċipanti diretti jwettqu f’isimhom u f’isem il-parteċipanti indiretti fi proporzjon mal-attività fil-livell tas-sistema;
|
|
(b)
|
in-numru ta’ parteċipanti indiretti li jagħmlu saldu permezz ta’ parteċipanti individwali diretti;
|
|
(c)
|
il-volumi u l-valuri ta’ ħlasijiet fis-SIPS li joriġinaw minn kull parteċipant indirett;
|
|
(d)
|
il-volumi u l-valuri ta’ ħlasijiet taħt il-punt (c) fi proporzjoni ma’ dawk ta’ parteċipant dirett li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jkollu aċċess għas-SIPS.
|