2. L-operaturi ekonomiċi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru dwar kull installazzjoni li tinsab f'dak l-Istat Membru li jħaddmu jew jikkontrollaw, jew, fejn applikabbli, li għaliha jkunu ġew iddelegati s-setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tagħha. Għal kull installazzjoni nnotifikata, huma għandhom jispeċifikaw jekk l-installazzjoni timmaniġġax pellets tal-plastik fi kwantitajiet inqas minn, jew daqs jew ogħla minn, limitu ta' 1 500 tunnellata fis-sena. Qabel ma jiġu ttrasportati l-pellets tal-plastik fl-Unjoni għall-ewwel darba, it-trasportaturi tal-UE jew ir-rappreżentanti awtorizzati msemmija fl-Artikolu 4, kif applikabbli, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih it-trasportatur tal-UE jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun stabbilit dwar l-involviment tagħhom fit-trasport ta' pellets tal-plastik fl-Unjoni u l-mezz tat-trasport użat.