8. Kull sena l-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi ta' daqs medju jew kbar li jħaddmu installazzjonijiet fejn ikunu ġew immaniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet daqs jew ogħla mil-limitu ta' 1 500 tunnellata fis-sena kalendarja preċedenti għandhom, għal kull installazzjoni, iwettqu valutazzjoni interna tal-istat ta' konformità tal-installazzjoni mar-rekwiżiti tal-pjan ta' ġestjoni tar-riskju stabbilit fl-Anness I jew mal-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħata l-permess imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (a).
L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom iżommu rekords tal-valutazzjonijiet interni għal perjodu ta' ħames snin u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u għaċ-ċertifikaturi għall-iskopijiet tal-Artikolu 6.