+Artikolu 5 Obbligi rigward l-immaniġġar ta' pellets tal-plastik
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8

Artikolu 5 Obbligi rigward l-immaniġġar ta' pellets tal-plastik

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jistabbilixxu pjan ta' ġestjoni tar-riskju għal kull installazzjoni f'konformità mal-Anness I, filwaqt li tqis in-natura u d-daqs tal-installazzjoni kif ukoll l-iskala tal-operazzjonijiet tagħha;

(b)

jinstallaw it-tagħmir u jeżegwixxu l-proċeduri deskritti fil-pjan ta' ġestjoni tar-riskju; u

(c)

jinnotifikaw il-pjan ta' ġestjoni tar-riskju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-installazzjoni flimkien ma' awtodikjarazzjoni ta' konformità maħruġa f'konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Anness II.

L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu l-pjan ta' ġestjoni tar-riskju aġġornat, filwaqt li jqisu b'mod partikolari n-nuqqasijiet identifikati permezz tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġar ta' pellets tal-plastik, u għandhom jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

Artikolu 5 2

2.   L-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju jew kbar li jħaddmu installazzjonijiet fejn ikunu ġew immaniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet ta' anqas mil-limitu ta' 1 500 tunnellata fis-sena kalendarja preċedenti jew li huma mikrointrapriżi għandhom jinnotifikaw aġġornament tal-pjan ta' ġestjoni tar-riskju għal kull installazzjoni kif ukoll tiġdid tal-awtodikjarazzjoni ta' konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun l-installazzjoni kull ħames snin mill-aħħar notifika.

Artikolu 5 3

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-operaturi ekonomiċi jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jibdlu l-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju nnotifikati f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 sabiex jiġi żgurat li t-telf ikun jista' jiġi evitat b'mod effettiv u, meta xieraq, jinżamm u jitnaddaf u li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jiġu osservati; u

(b)

li jimplimentaw kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Anness I fil-ħin.

Artikolu 5 4

4.   It-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III jiġu implimentati.

Artikolu 5 5

5.   Meta l-operaturi ekonomiċi jimplimentaw l-azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' ġestjoni tar-riskju u t-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE jimplimentaw l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, dawn għandhom jagħmlu hekk fl-ordni ta' prijorità li ġejja:

(a)

azzjonijiet għall-prevenzjoni tat-tixrid;

(b)

azzjonijiet sabiex jitrażżan it-tixrid sabiex jiġi evitat li dan isir telf;

(c)

azzjonijiet għat-tindif wara tixrid jew telf.

Artikolu 5 6

6.   L-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE għandu jkollhom l-obbligi li ġejjin:

(a)

jiżguraw li l-persunal tagħhom ikunu mħarrġa skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom u li jkunu konxji u jistgħu jużaw it-tagħmir rilevanti u jeżegwixxu l-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament; u

(b)

iżommu rekords tal-kwantitajiet stmati kull sena ta' telf u tal-kwantitajiet totali ta' pellets tal-plastik immaniġġati.

Minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-istandard armonizzat rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew mid-data tal-applikazzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 18(3), l-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE għandhom jistmaw il-kwantitajiet ta' telf imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f'konformità mal-metodoloġija standardizzata msemmija fl-Artikolu 18.

Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu evidenza tal-konformità tat-trasportaturi mhux tal-UE mal-obbligu stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. L-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u r-rappreżentanti awtorizzati għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-punti (b) tal-ewwel subparagrafu għal perjodu ta' ħames snin u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u, fejn applikabbli, għaċ-ċertifikaturi fuq talba, għall-iskopijiet tal-Artikolu 6.

Artikolu 5 7

7.   Meta azzjoni meħuda għall-prevenzjoni, il-konteniment u t-tindif tat-tixrid u tat-telf ma tirnexxix, l-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE għandhom jieħdu miżuri korrettivi, mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 5 8

8.   Kull sena l-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi ta' daqs medju jew kbar li jħaddmu installazzjonijiet fejn ikunu ġew immaniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet daqs jew ogħla mil-limitu ta' 1 500 tunnellata fis-sena kalendarja preċedenti għandhom, għal kull installazzjoni, iwettqu valutazzjoni interna tal-istat ta' konformità tal-installazzjoni mar-rekwiżiti tal-pjan ta' ġestjoni tar-riskju stabbilit fl-Anness I jew mal-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħata l-permess imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (a).

L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom iżommu rekords tal-valutazzjonijiet interni għal perjodu ta' ħames snin u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba, u għaċ-ċertifikaturi għall-iskopijiet tal-Artikolu 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.