2. Meta l-ksur tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament ikun ta' periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew jhedded li jikkawża effett negattiv sinifikanti u immedjat fuq l-ambjent, l-awtorità kompetenti għandha, jew, meta dak il-ksur iwassal għal telf sinifikanti, l-awtorità kompetenti tista', tissospendi t-tħaddim tal-installazzjoni jew ta' parti minnha, u timmobilizza l-vettura jew tipprevjeni l-moviment ta' vetturi tat-triq, vaguni ferrovjarji jew bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni sakemm terġa' tiġi stabbilita l-konformità skont il-paragrafu 1, il-punti (b) u (c).