2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-2 ta’ Jannar 2028. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.