+Artikolu 4 Pjan ta’ implimentazzjoni u ta’ governanza tal-pjattaforma komuni tad-data
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
|
Artikolu 4 Pjan ta’ implimentazzjoni u ta’ governanza tal-pjattaforma komuni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Sat-2 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, pjan ta’ implimentazzjoni li jidentifika s-settijiet tad-data tad-data dwar sustanzi kimiċi għall-inklużjoni fil-pjattaforma komuni tad-data flimkien ma’ skeda ta’ żmien għall-inklużjoni tagħhom. Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni sussegwenti għandhom jiġu adottati f’konformità mal-iskema ta’ governanza adottata skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u tiġġestixxi kumitat ta’ tmexxija tal-pjattaforma, li għandu jinkludi mill-anqas rappreżentant wieħed minn kull waħda mill-Aġenziji u l-istess għadd ta’ rappreżentanti mill-Kummissjoni daqs dak tal-aġenziji kollha flimkien.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Il-kumitat ta’ tmexxija tal-pjattaforma għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-iskema ta’ governanza tal-pjattaforma komuni tad-data msemmija fil-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika l-iskema ta’ governanza għall-pjattaforma komuni tad-data u kwalunkwe reviżjoni tagħha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Waqt li tipprepara l-iskema ta’ governanza, Il-Kummissjoni għandha tqis il-livelli differenti ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Aġenziji fil-ġestjoni u fl-operat tal-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. L-iskema ta’ governanza għall-pjattaforma komuni tad-data għandha tiddeskrivi:
|
(a)
|
l-organizzazzjoni tal-istrutturi ta’ ħidma ewlenin li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjattaforma komuni tad-data;
|
|
(b)
|
it-tħejjija u l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni għall-pjattaforma komuni tad-data;
|
|
(c)
|
il-prinċipji dwar il-governanza tad-data u l-formati standard meħtieġa, il-vokabularji kkontrollati u kundizzjonijiet ulterjuri għall-għoti ta’ informazzjoni u data ta’ kuntest lill-pjattaforma komuni tad-data;
|
|
(d)
|
il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-iżvilupp ta’ servizzi ddedikati ġodda u għall-inklużjoni ta’ funzjonalitajiet ġodda tal-pjattaforma komuni tad-data;
|
|
(e)
|
kwalunkwe regola oħra jew rekwiżit ieħor meħtieġa għall-operat tal-pjattaforma komuni tad-data u għall-użu tad-data li tinsab fiha, bħall-politika dwar l-aġġornament, l-arkivjar u t-tħassir tad-data u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu;
|
|
(f)
|
l-operat u l-obbligi ta’ trasparenza tal-kumitat ta’ tmexxija nnifsu.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|