1. L-ECHA għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi, bħala parti mill-pjattaforma komuni tad-data, bażi tad-data ġdida li jkun fiha informazzjoni dwar il-proċessi u l-attivitajiet regolatorji dwar sustanzi kimiċi individwali jew gruppi ta’ sustanzi kimiċi li jkunu ppjanati, qed isiru jew tlestew mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-Istati Membri, mill-aġenziji nazzjonali jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-ECHA, mill-EEA, mill-EFSA, mill-EU_OHSA, jew mill-kumitati tal-Unjoni msemmija fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness III.