+Artikolu 23 Osservatorju għal sustanzi kimiċi speċifiċi bil-potenzjal li jikkontribwixxu għal riskji kimiċi emerġenti
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
|
Artikolu 23 Osservatorju għal sustanzi kimiċi speċifiċi bil-potenzjal li jikkontribwixxu għal riskji kimiċi emerġenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. L-ECHA għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi osservatorju għal sustanzi kimiċi jew gruppi ta’ sustanzi kimiċi speċifiċi li l-Kummissjoni tqis li jeħtieġu skrutinju addizzjonali. L-osservatorju għandu jinkludi informazzjoni affidabbli dwar il-proprjetajiet, l-aspetti tas-sikurezza, l-użi u l-preżenza fis-suq ta’ sustanzi kimiċi.
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tagħżel is-sustanzi kimiċi għall-finijiet tal-osservatorju msemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-progress xjentifiku u tekniku u bl-użu tas-sinjali tas-sistema ta’ twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 22. L-għażla għandha tinkludi kontributuri potenzjali għal riskji kimiċi ġodda u emerġenti fost materjali innovattivi mfasslin b’mod razzjonali bi proprjetajiet ġodda jew imtejba jew karatteristiċi strutturali mmirati jew imtejba fin-nanoskala.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Sat-2 ta’ Lulju 2026 il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika lista tas-sustanzi kimiċi magħżula skont il-paragrafu 2 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista b’mod regolari u tadotta kwalunkwe reviżjoni tagħha bl-istess mezzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 23 4
|
4. Għall-finijiet tat-tħaddim tal-osservatorju msemmi fil-paragrafu 1, l-ECHA għandha:
|
(a)
|
tagħmel użu mid-data dwar sustanzi kimiċi rilevanti inkorporata fil-pjattaforma komuni tad-data, u tikkompila, tanalizza u tikkura aktar data disponibbli dwar sustanzi kimiċi jew klassijiet ta’ sustanzi kimiċi magħżula;
|
|
(b)
|
tikkummissjona studji u, fejn ikun rilevanti, tuża l-mekkaniżmu tal-ġenerazzjoni tad-data stabbilit skont l-Artikolu 24 biex tindirizza l-lakuni fl-għarfien jew inċertezzi sinifikanti;
|
|
(c)
|
tagħmel id-data kkompilata disponibbli għall-pubbliku permezz tal-pjattaforma komuni tad-data jew ta’ għodod oħra ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni, kif xieraq, biex tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet għar-riċerka jew ta’ miżuri tal-ġestjoni tar-riskju potenzjali ulterjuri, u tiffaċilita d-diskussjoni infurmata tas-soċjetà u żżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-proprjetajiet, l-użu u l-aspetti tas-sikurezza ta’ sustanzi kimiċi speċifiċi, u taġġorna regolarment dik id-data.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|