8. Meta l-manifatturi jqisu jew ikollhom raġuni jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma għandhom immedjatament jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex iġibu dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv konformi, jirtirawh jew isejħu lura l-prodott, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-manifatturi jqisu jew ikollhom raġuni jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, għandhom immedjatament jinfurmaw dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħduh fis-suq, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.