+Artikolu 8 Obbligi tal-manifatturi
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7
---+Artikolu 8 8
---+Artikolu 8 9
---+Artikolu 8 10
---+Artikolu 8 11

Artikolu 8 Obbligi tal-manifatturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Meta jintroduċu deterġenti jew aġenti tensjoattivi fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawk id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi jkunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 8 2

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika li tinsab fl-Anness IV u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li tinsab f'dak l-Anness.

Meta l-konformità ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv għall-utenti finali mar-rekwiżiti applikabbli kienet murija permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-manifatturi, qabel ma jintroduċu l-prodott fis-suq, għandhom:

(a)

joħolqu passaport diġitali tal-prodott f'konformità mal-Artikolu 21;

(b)

jiżguraw li l-mezz ta' data jkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 21(4); u

(c)

jinkludu referenza tal-passaport diġitali tal-prodott fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 24(1) (ir-“reġistru”).

Artikolu 8 3

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu u, fejn meħtieġ, jaġġornaw id-dokumentazzjoni teknika u l-passaport diġitali tal-prodott għal 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun ġie introdott fis-suq.

Artikolu 8 4

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. Il-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott, kif ukoll il-bidliet fil-metodi ta' ttestjar li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott, għandhom jitqiesu b'mod adegwat.

Meta jitqies xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta' deterġent jew aġent tensjoattiv, jew tar-riskji ppreżentati minnhom, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' tali deterġent jew aġent tensjoattiv, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' deterġenti jew aġenti tensjoattivi mhux konformi u tas-sejħiet lura ta' tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

Artikolu 8 5

5.   Il-manifatturi li jintroduċu deterġenti jew aġenti tensjoattivi fis-suq għandhom jiżguraw li dawk id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mal-Artikolu 17(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 19(1) u (2) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3).

Artikolu 8 6

6.   Qabel ma jintroduċu fis-suq deterġenti jew aġenti tensjoattivi għall-utenti finali li huma taħlitiet u li għalihom ma hemm l-ebda obbligu li jipprovdu informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-manifatturi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jipprovdu lill-korpi maħtura mill-Istati Membri f'konformità ma' dak l-Artikolu (il-“korpi maħtura”) l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti msemmija fil-punt 2.2 (e) tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament (l-“iskeda tad-data dwar l-ingredjenti”). Meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali li għalih tkun diġà ġiet ippreżentata skeda tad-data dwar l-ingredjenti ma jibqax jikkorrispondi mal-informazzjoni inkluża f'dik l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti, il-manifatturi għandhom jippreżentaw skeda aġġornata tad-data dwar l-ingredjenti. L-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti għandha tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi fil-format ipprovdut mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u ssir disponibbli mingħajr ħlas għan-notifiki f'konformità mal-Parti A, it-Taqsima 3.1, it-tieni paragrafu, tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-preżentazzjoni għandha ssir b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-korpi maħtura, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq.

Artikolu 8 7

7.   Il-manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jipprovdu lir-rappreżentant awtorizzat jew lill-importatur l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ma' dan ir-Regolament tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv.

Artikolu 8 8

8.   Meta l-manifatturi jqisu jew ikollhom raġuni jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma għandhom immedjatament jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex iġibu dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv konformi, jirtirawh jew isejħu lura l-prodott, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-manifatturi jqisu jew ikollhom raġuni jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, għandhom immedjatament jinfurmaw dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħduh fis-suq, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

Artikolu 8 9

9.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li operaturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-provvista kkonċernata jinżammu infurmati mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jkunu identifikaw u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva, sejħa lura jew irtirar konsegwenti.

Artikolu 8 10

10.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f'format elettroniku u, fuq talba, f'format stampat, meħtieġa biex juru l-konformità ma' dan ir-Regolament ta’ deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċu fis-suq, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv.

Artikolu 8 11

11.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-mezzi ta' komunikazzjoni tagħhom, bħal numru tat-telefown, indirizz elettroniku jew taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u jippermettu lill-utenti finali jressqu lmenti dwar in-nuqqas ta' konformità potenzjali tal-prodotti jew kwistjonijiet ta' sikurezza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.