+Artikolu 29 Nonkonformità formali
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2

Artikolu 29 Nonkonformità formali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tagħmel waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità kkonċernat:

(a)

il-passaport diġitali tal-prodott ma jkunx tfassal f'konformità mal-Artikoli 21 u 22;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(2) ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta;

(c)

il-mezz ta' data li permezz tiegħu jkun aċċessibbli l-passaport diġitali tal-prodott u, fejn rilevanti, it-tikketta diġitali, ma jkunx ipprovdut skont l-Artikolu 21(4), punt (a) jew (d) , kif applikabbli;

(d)

it-tikketta ma tkunx ġiet ipprovduta, jew it-tikketta ma tkunx ġiet ipprovduta f'konformità mal-Artikoli 18 u 19, jew l-informazzjoni tat-tikkettar imsemmija fl-Anness V tkun falza jew mhux kompluta;

(e)

l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti ma tkunx ġiet ikkomunikata jew aġġornata f'konformità mal-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(4), il-punt (a), l-Artikolu 10(3) jew l-Artikolu 11(3), kif applikabbli.

Artikolu 29 2

2.   Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jitqiegħed fis-suq jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.