+Artikolu 5 Bażi ta’dataewlenija tal-Unjoni tal-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6

Artikolu 5 Bażi ta’dataewlenija tal-Unjoni tal-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u, fejn meħtieġ, b’kontribut addizzjonali u volontarju tal-Istati Membri, għandha sat-2 ta’ Diċembru 2029 tistabbilixxi bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tinkludi fil-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għat-tipi ta’ vetturi tipikament użati fl-Unjoni, f’xi wħud mill-Istati Membri jew fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 5 2

2.   Fejn disponibbli u xieraq, il-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni għandha tinkludi valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miftiehma mill-Unjoni, jew fl-interess tal-Unjoni, fil-livell internazzjonali.

Artikolu 5 3

3.   Il-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni għandha tinkludi tabella separata għal kull mod ta’ trasport, b’mod partikolari għall-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-tbaħħir marittimu. Id-data dwar it-tbaħħir marittimu għandha tinkiseb mill-bażi ta’ data THETIS-MRV u tiġi kkomplementata, fejn applikabbli, minn sorsi oħra ta’ informazzjoni, bħall-bażi ta’ data FuelEU stabbilita skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2023/1805.

Artikolu 5 4

4.   Meta tfassal il-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tapplika l-approċċ ibbażat fuq il-post previst fil-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) u, fejn xieraq, tqis il-karatteristiċi uniċi ta’ Stati Membri differenti;

(b)

tqis il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

Artikolu 5 5

5.   Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament regolari, l-iżvilupp kontinwu, u livell xieraq ta’ sigurtà, tal-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni skont il-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport, u kwalunkwe approċċ metodoloġiku ġdid għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-konsistenza tal-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni mal-atti legali eżistenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, tal-inqas fuq bażi annwali, il-ħtieġa li taġġorna l-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni.

Kull meta l-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jinsabu fil-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni jiġu aġġornati, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tagħmel il-valuri prestabbiliti aġġornati disponibbli għall-pubbliku. L-entitajiet tat-trasport u tal-hub u l-intermedjarji tad-data għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi żmien 18-il xahar mid-data li fiha l-aġġornament isir disponibbli għall-pubbliku.

L-obbligu li jintużaw il-valuri prestabbiliti aġġornati msemmija fit-tieni subparagrafu għandu japplika biss għal data tal-output ġdida li għandha tiġi kkalkulata u żvelata wara l-aġġornament, mingħajr ma tkun meħtieġa r-reviżjoni retroattiva tal-informazzjoni diġà ppubblikata.

Artikolu 5 6

6.   L-aċċess mill-pubbliku għall-bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni, sabiex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għandu jkun mingħajr ħlas, u jkun ipprovdut fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.