+Artikolu 9 Stabbiliment ta’datatal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4

Artikolu 9 Stabbiliment ta’datatal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Id-data tal-output għandha tiġi stabbilita bl-użu tal-metodoloġija komuni u tad-data tal-input f’konformità mal-Artikoli 3 sa 7.

Artikolu 9 2

2.   Id-data tal-output tista’ tiġi stabbilita bl-użu ta’ għodod ta’ kalkolu. L-għodod ta’ kalkolu esterni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11.

Artikolu 9 3

3.   Id-data tal-output bħala minimu għandha tikkonsisti f’massa totali ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e) għal kull servizz tat-trasport, u, fir-rigward ta’ tip ta’ servizz tat-trasport ikkonċernat, f’mill-inqas waħda mill-metriċi komuni li ġejjin:

(a)

massa ta’ CO2e għal kull tunnellata-kilometru, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-merkanzija;

(b)

massa ta’ CO2e għal kull tunnellata, jew unitajiet ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-merkanzija;

(c)

massa ta’ CO2e għal kull kilometru tal-passiġġieri, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-passiġġieri;

(d)

massa ta’ CO2e għal kull passiġġier, jew unitajiet ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-passiġġieri.

Artikolu 9 4

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jikkumplimentaw il-lista ta’ metriċi komuni għad-data tal-output imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.