1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli temporanji u strettament limitati li jidderogaw mill-applikazzjoni ta’ ċerti obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2002/58/KE, bl-objettiv uniku li jippermetti lill-fornituri ta’ ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“fornituri”) jużaw, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, it-teknoloġiji speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali u data oħra sal-punt strettament meħtieġ biex jidentifikaw l-abbuż sesswali tat-tfal online fuq is-servizzi tagħhom u jirrappurtawh u jneħħu l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mis-servizzi tagħhom.