+1.1. Politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni
---+1.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-politika dwar …
---+1.1.2. Il-politika tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi …

1.1. Politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni

1.1.   Politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-politika dwar …

1.1.1.

Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-politika dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi l-approċċ tal-entitajiet rilevanti għall-ġestjoni tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom;

(b)

tkun xierqa għall-istrateġija u l-objettivi tan-negozju tal-entitajiet rilevanti u kumplimentari magħhom;

(c)

tistabbilixxi objettivi tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni;

(d)

tinkludi impenn għal titjib kontinwu tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni;

(e)

tinkludi impenn li tipprovdi r-riżorsi xierqa meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha, inkluż il-persunal, ir-riżorsi finanzjarji, il-proċessi, l-għodod u t-teknoloġiji meħtieġa;

(f)

tiġi kkomunikata lill-impjegati rilevanti u lill-partijiet esterni interessati rilevanti u tiġi rikonoxxuta minnhom;

(g)

tistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet skont il-punt 1.2.;

(h)

telenka d-dokumentazzjoni li trid tinżamm u t-tul taż-żmien taż-żamma tad-dokumentazzjoni;

(i)

telenka l-politiki speċifiċi skont is-suġġett;

(j)

tistabbilixxi indikaturi u miżuri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha u l-istatus attwali tal-livell tal-maturità tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti;

(k)

tindika d-data tal-approvazzjoni formali mill-korpi maniġerjali tal-entitajiet rilevanti (il-“korpi maniġerjali”).

1.1.2. Il-politika tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi …

1.1.2.

Il-politika tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi rieżaminata u, meta xieraq, aġġornata mill-korpi maniġerjali mqar kull sena u meta jsiru inċidenti sinifikanti jew bidliet sinifikanti fl-operazzjonijiet jew fir-riskji. Ir-riżultat tar-rieżamijiet għandu jiġi ddokumentat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.