+2.1. Qafas tal-ġestjoni tar-riskji
---+2.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
---+2.1.2. Għall-fini tal-punt 2.1.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri …
---+2.1.3. Meta jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri xierqa tat-trattament …
---+2.1.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw ir-riżultati …
|
2.1. Qafas tal-ġestjoni tar-riskji
2.1. Qafas tal-ġestjoni tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
2.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
|
|
2.1.1.
|
Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu u jħaddmu qafas xieraq tal-ġestjoni tar-riskji biex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. L-entitajiet rilevanti għandhom iwettqu u jiddokumentaw valutazzjonijiet tar-riskju u, abbażi tar-riżultati, jistabbilixxu, jimplimentaw u jimmonitorjaw pjan tat-trattament tar-riskji. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u r-riskji residwi għandhom jiġu aċċettati mill-korpi maniġerjali jew, meta applikabbli, mill-persuni responsabbli u li għandhom l-awtorità li jimmaniġġjaw ir-riskji, diment li l-entitajiet rilevanti jiżguraw rapportar adegwat lill-korpi maniġerjali.
|
|
|
2.1.2. Għall-fini tal-punt 2.1.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri …
|
|
2.1.2.
|
Għall-fini tal-punt 2.1.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-identifikazzjoni, l-analiżi, il-valutazzjoni u t-trattament tar-riskji (“il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà”). Il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà għandu jkun parti integrali mill-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji tal-entitajiet rilevanti, meta applikabbli. Bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, l-entitajiet rilevanti għandhom:
|
(a)
|
jimxu ma’ metodoloġija tal-ġestjoni tar-riskji;
|
|
(b)
|
jistabbilixxu l-livell tat-tolleranza tar-riskji f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskji tal-entitajiet rilevanti;
|
|
(c)
|
jistabbilixxu u jħaddmu kriterji tar-riskji rilevanti;
|
|
(d)
|
b’approċċ li jkopri l-perikli kollha, jidentifikaw u jiddokumentaw ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-partijiet terzi u r-riskji li jistgħu jwasslu għal tfixkil fid-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni, inkluż l-identifikazzjoni ta’ punt uniku tal-fallimenti;
|
|
(e)
|
janalizzaw ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, inkluż it-theddid, il-probabbiltà, l-impatt, u l-livell tar-riskji, filwaqt li jqisu l-intelligence u l-vulnerabbiltajiet għat-theddid ċibernetiku;
|
|
(f)
|
jevalwaw ir-riskji identifikati abbażi tal-kriterji tar-riskji;
|
|
(g)
|
jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri xierqa għat-trattament tar-riskji;
|
|
(h)
|
jimmonitorjaw kontinwament l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-trattament tar-riskji;
|
|
(i)
|
jidentifikaw il-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tat-trattament tar-riskji u meta għandhom jiġu implimentati;
|
|
(j)
|
jiddokumentaw il-miżuri tat-trattament tar-riskji magħżula fi pjan tat-trattament tar-riskji u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-aċċettazzjoni tar-riskji residwi b’mod komprensibbli.
|
|
|
|
2.1.3. Meta jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri xierqa tat-trattament …
|
|
2.1.3.
|
Meta jidentifikaw u jipprijoritizzaw l-alternattivi u l-miżuri xierqa tat-trattament tar-riskji, l-entitajiet rilevanti għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-riżultati tal-proċedura biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, il-kost tal-implimentazzjoni meta mqabbla mal-benefiċċju mistenni, il-klassifikazzjoni tal-assi msemmija fil-punt 12.1., u l-analiżi tal-impatt tan-negozju msemmija fil-punt 4.1.3.
|
|
|
2.1.4. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw ir-riżultati …
|
|
2.1.4.
|
L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-pjan tat-trattament tar-riskji f’intervalli ppjanati u mill-inqas kull sena, u meta jsiru inċidenti sinifikanti jew bidliet sinifikanti fl-operazzjonijiet jew fir-riskji.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|