+5.1.4. Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati …

5.1.4. Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati …

5.1.4.

Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-punt 2.1. ta’ dan l-Anness, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-kuntratti tagħhom mal-fornituri u mal-fornituri tas-servizzi jispeċifikaw, meta xieraq bi ftehimiet dwar il-livell tas-servizz, dan li ġej, meta xieraq:

(a)

ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għall-fornituri jew għall-fornituri tas-servizzi, inkluż ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sigurtà fl-akkwist tas-servizzi tal-ICT jew tal-prodotti tal-ICT stabbiliti fil-punt 6.1.;

(b)

ir-rekwiżiti dwar it-tixrid tal-għarfien, il-ħiliet u t-taħriġ, u meta xieraq iċ-ċertifikazzjonijiet, meħtieġa mill-impjegati tal-fornituri jew tal-fornituri tas-servizzi;

(c)

ir-rekwiżiti rigward il-verifika tal-isfond personali tal-impjegati u tal-fornituri u l-fornituri tas-servizzi;

(d)

l-obbligu fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi li jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-entitajiet rilevanti dwar inċidenti li joħolqu riskju għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni ta’ dawk l-entitajiet;

(e)

id-dritt għal awditjar jew id-dritt li wieħed jirċievi rapporti tal-awditjar;

(f)

l-obbligu fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi li jittrattaw il-vulnerabbiltajiet li joħolqu riskju għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti;

(g)

ir-rekwiżiti dwar is-sottokuntrattar u, meta l-entitajiet rilevanti jippermettu s-sottokuntrattar, ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għas-sottokuntratturi f’konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a);

(h)

l-obbligi fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi waqt it-terminazzjoni tal-kuntratt, fosthom l-irkupru u t-tneħħija tal-informazzjoni miksuba mill-fornituri u mill-fornituri tas-servizzi waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.