+5.1. Politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista
---+5.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
---+5.1.2. Bħala parti mill-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista msemmija fil-punt 5.1.1 …
---+5.1.3. Meta jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tagħhom, l-entitajiet …
---+5.1.4. Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati …
---+5.1.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iqisu l-elementi msemmija fil-punt 5.1.2 u 5.1.3. bħala …
---+5.1.6. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw il-politika tas-sigurtà tal-katina …
---+5.1.7. Għall-fini tal-punt 5.1.6., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jimmonitorjaw regolarment …

5.1. Politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista

5.1.   Politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
5.1.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …

5.1.1.

Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista li tirregola r-relazzjonijiet mal-fornituri u l-fornituri tas-servizzi diretti tagħhom biex itaffu r-riskji identifikati għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Fil-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista, l-entitajiet rilevanti għandhom jidentifikaw ir-rwol tagħhom fil-katina tal-provvista u jikkomunikawh lill-fornituri u lill-fornituri tas-servizzi diretti tagħhom.
5.1.2. Bħala parti mill-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista msemmija fil-punt 5.1.1 …

5.1.2.

Bħala parti mill-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista msemmija fil-punt 5.1.1, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu kriterji biex jagħżlu u jikkuntrattaw il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-prattiki taċ-ċibersigurtà tal-fornituri u tal-fornituri tas-servizzi, inkluż il-proċeduri siguri tal-iżvilupp tagħhom;

(b)

il-kapaċità tal-fornituri u tal-fornituri tas-servizzi li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà stabbiliti mill-entitajiet rilevanti;

(c)

il-kwalità u r-reżiljenza ġenerali tal-prodotti tal-ICT u tas-servizzi tal-ICT u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà inkorporati fihom, inkluż ir-riskji u l-livell tal-klassifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT u tas-servizzi tal-ICT;

(d)

il-kapaċità tal-entitajiet rilevanti li jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista u jillimitaw l-intrappolament tal-klijentela, meta applikabbli.

5.1.3. Meta jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tagħhom, l-entitajiet …

5.1.3.

Meta jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tagħhom, l-entitajiet rilevanti għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tas-sigurtà kkoordinati tal-ktajjen tal-provvista kritiċi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, meta applikabbli.
5.1.4. Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati …

5.1.4.

Abbażi tal-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-punt 2.1. ta’ dan l-Anness, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-kuntratti tagħhom mal-fornituri u mal-fornituri tas-servizzi jispeċifikaw, meta xieraq bi ftehimiet dwar il-livell tas-servizz, dan li ġej, meta xieraq:

(a)

ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għall-fornituri jew għall-fornituri tas-servizzi, inkluż ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sigurtà fl-akkwist tas-servizzi tal-ICT jew tal-prodotti tal-ICT stabbiliti fil-punt 6.1.;

(b)

ir-rekwiżiti dwar it-tixrid tal-għarfien, il-ħiliet u t-taħriġ, u meta xieraq iċ-ċertifikazzjonijiet, meħtieġa mill-impjegati tal-fornituri jew tal-fornituri tas-servizzi;

(c)

ir-rekwiżiti rigward il-verifika tal-isfond personali tal-impjegati u tal-fornituri u l-fornituri tas-servizzi;

(d)

l-obbligu fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi li jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-entitajiet rilevanti dwar inċidenti li joħolqu riskju għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni ta’ dawk l-entitajiet;

(e)

id-dritt għal awditjar jew id-dritt li wieħed jirċievi rapporti tal-awditjar;

(f)

l-obbligu fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi li jittrattaw il-vulnerabbiltajiet li joħolqu riskju għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti;

(g)

ir-rekwiżiti dwar is-sottokuntrattar u, meta l-entitajiet rilevanti jippermettu s-sottokuntrattar, ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għas-sottokuntratturi f’konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (a);

(h)

l-obbligi fuq il-fornituri u l-fornituri tas-servizzi waqt it-terminazzjoni tal-kuntratt, fosthom l-irkupru u t-tneħħija tal-informazzjoni miksuba mill-fornituri u mill-fornituri tas-servizzi waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

5.1.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iqisu l-elementi msemmija fil-punt 5.1.2 u 5.1.3. bħala …

5.1.5.

L-entitajiet rilevanti għandhom iqisu l-elementi msemmija fil-punt 5.1.2 u 5.1.3. bħala parti mill-proċess tal-għażla ta’ fornituri u fornituri tas-servizzi ġodda, kif ukoll parti mill-proċess tal-akkwist imsemmi fil-punt 6.1.
5.1.6. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw il-politika tas-sigurtà tal-katina …

5.1.6.

L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw il-politika tas-sigurtà tal-katina tal-provvista, u jimmonitorjaw, jevalwaw u, meta meħtieġ, jaġixxu fuq il-bidliet fil-prattiki taċ-ċibersigurtà tal-fornituri u tal-fornituri tas-servizzi, f’intervalli ppjanati u meta jsiru bidliet sinifikanti fl-operazzjonijiet jew fir-riskji jew inċidenti sinifikanti relatati mal-forniment tas-servizzi tal-ICT jew li jħallu impatt fuq is-sigurtà tal-prodotti tal-ICT mill-fornituri u mill-fornituri tas-servizzi.
5.1.7. Għall-fini tal-punt 5.1.6., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jimmonitorjaw regolarment …

5.1.7.

Għall-fini tal-punt 5.1.6., l-entitajiet rilevanti għandhom:

(a)

jimmonitorjaw regolarment ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell tas-servizz, meta applikabbli;

(b)

jirrieżaminaw inċidenti relatati ma’ prodotti tal-ICT u servizzi tal-ICT minn fornituri u fornituri tas-servizzi;

(c)

jivvalutaw il-ħtieġa għal rieżamijiet mhux skedati u jiddokumentaw is-sejbiet b’mod komprensibbli;

(d)

janalizzaw ir-riskji ppreżentati minn bidliet relatati mal-prodotti tal-ICT u mas-servizzi tal-ICT minn fornituri u fornituri tas-servizzi u, meta xieraq, jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni fil-ħin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is related to 5.1 Supply chain security policy
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.