+9. Il-kriptografija (l-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
---+9.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
---+9.2. Il-politika u l-proċeduri msemmija fil-punt 9.1. għandhom jistabbilixxu: (a) f’konformità …
---+9.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika u …
|
9. Il-kriptografija (l-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
9. Il-kriptografija (l-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
9.1. Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet …
|
|
9.1.
|
Għall-fini tal-Artikolu 21(2), il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u japplikaw politika u proċeduri relatati mal-kriptografija, biex jiżguraw użu adegwat u effettiv tal-kriptografija li jħares il-kunfidenzjalità, l-awtentiċità u l-integrità tad-data skont il-klassifikazzjoni tal-assi tal-entitajiet rilevanti u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-punt 2.1.
|
|
|
9.2. Il-politika u l-proċeduri msemmija fil-punt 9.1. għandhom jistabbilixxu: (a) f’konformità …
|
|
9.2.
|
Il-politika u l-proċeduri msemmija fil-punt 9.1. għandhom jistabbilixxu:
|
(a)
|
f’konformità mal-klassifikazzjoni tal-assi tal-entitajiet rilevanti, it-tip, is-saħħa u l-kwalità tal-miżuri kriptografiċi meħtieġa għall-protezzjoni tal-assi tal-entitajiet rilevanti, inkluvż id-data wieqfa u d-data fi tranżitu;
|
|
(b)
|
abbażi tal-punt (a), il-protokolli jew il-familji tal-protokolli li jridu jiġu adottati, u l-algoritmi kriptografiċi, is-saħħa taċ-ċifratura, is-soluzzjonijiet kriptografiċi u l-prattiki tal-użu li jridu jiġu approvati u li huma meħtieġa għall-użu fl-entitajiet rilevanti, skont, meta xieraq, approċċ ta’ aġilità kriptografika;
|
|
(c)
|
l-approċċ tal-entitajiet rilevanti għall-ġestjoni tal-kjavi, inkluż, meta xieraq, il-metodi għal dawn li ġejjin:
|
(i)
|
il-ġenerazzjoni ta’ kjavi differenti għas-sistemi u l-applikazzjonijiet kriptografiċi;
|
|
(ii)
|
il-ħruġ u l-kisba ta’ ċertifikati ta’ kjavi pubbliċi;
|
|
(iii)
|
id-distribuzzjoni tal-kjavi lill-entitajiet maħsuba, inkluż kif jiġu attivati l-kjavi malli jaslu;
|
|
(iv)
|
il-ħżin tal-kjavi, inkluż kif l-utenti awtorizzati jiksbu aċċess għall-kjavi;
|
|
(v)
|
it-tibdil jew l-aġġornament tal-kjavi, inkluż ir-regoli dwar meta u kif għandhom jinbidlu l-kjavi;
|
|
(vi)
|
it-trattament tal-kjavi kompromessi;
|
|
(vii)
|
it-tħassir tal-kjavi, inkluż kif jiġu rtirati jew diżattivati l-kjavi;
|
|
(viii)
|
l-irkupru ta’ kjavi mitlufa jew korrotti;
|
|
(ix)
|
il-backup jew l-arkivjar tal-kjavi;
|
|
(xi)
|
ir-reġistrazzjoni u l-awditjar tal-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-kjavi;
|
|
(xii)
|
l-istabbiliment ta’ dati tal-attivazzjoni u tad-diżattivazzjoni għall-kjavi li jiżguraw li l-kjavi jistgħu jintużaw biss għall-perjodu taż-żmien speċifikat skont ir-regoli tal-organizzazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kjavi.
|
|
|
|
|
9.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika u …
|
|
9.3.
|
L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw il-politika u l-proċeduri tagħhom f’intervalli ppjanati, filwaqt li jqisu l-aktar kriptografija avvanzata.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|