+SECTION I SCOPE AND DEFINITIONS
---+L-Artikolu 1
---+L-Artikolu 2
|
SECTION I SCOPE AND DEFINITIONS
SECTION I SCOPE AND DEFINITIONS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 1
|
L-Artikolu 1
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal:
(a)
xi sistema kif definita fl-Artikolu 2(a), irregolata bil-liġi ta’ Stat Membru u li topera f’kull munita, l-
►M1
euro ◄ jew il-muniti varji li s-sistema tikkonverti waħda ma’ l-oħra;
(b)
kull parteċipant f’sistema bħal din;
(ċ)
sigurtà kollaterali pprovduta b’konnessjoni ma’:
—
parteċipazzjoni f’sistema, jew
▼M1
—
operazzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest tal-funzjoni tagħhom bħala banek ċentrali.
▼B
|
|
L-Artikolu 2
|
L-Artikolu 2
Għall-għan ta’ din id-Direttiva:
(a)
“sistema” għandha tfisser arranġament formali:
▼M1
—
bejn tliet parteċipanti jew aktar, minbarra l-operatur tas-sistema ta’ dik is-sistema, aġent għas-settlement potenzjali, kontroparti ċentrali potenzjali, clearing house potenzjali jew parteċipant indirett potenzjali, b’regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-clearing, kemm permezz ta’ kontroparti ċentrali kif ukoll mingħajru jew l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn il-parteċipanti,
▼B
—
irregolati bil-liġi ta’ Stat Membru magħżul mill-parteċipanti; il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jagħżlu biss il-liġi ta’ Stat Membru f’liema wieħed minnhom għandu l-uffiċċju ewlieni tagħhom, u
▼M4
—
nominati, mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet oħrajn aktar rigorużi ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti mil-liġi nazzjonali, bħala sistema u notifikati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli, wara li dak l-Istat Membru jkun issodisfat rigward l-adegwatezza tar-regoli tas-sistema.
▼B
Suġġett għall-kondizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jinnomina bħal sistema bħal din l-arranġament formali bħal dawn li xogħolhom jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif hemm definit fit-tieni subinċiż ta’ (i) u liema sa ċertu punt jesegwixxi ordnijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji oħra, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din tkun ġustifikata abbażi ta’ riskji sistematiċi.
Stat Membru jista’ wkoll fuq il-bażi ta’ każ b’każ jinnomina bħala arranġament formali bejn żewġ parteċipanti, mingħajr ma jqisu l-possibbiltà ta’ aġent għal ftehim, il-possibbiltà ta’ kontraparti ċentrali, il-possibbiltà ta’ stabbiliment bankarju jew il-possibbiltà ta’ parteċipant indirett, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din hija mogħtija abbażi ta’ riskju sistematiku.
▼M1
Arranġament miftiehem bejn żewġ sistemi interoperabbli m’għandux jitqies bħala sistema;
▼M6
(b)
“istituzzjoni” għandha tfisser:
—
istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), inkluż l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;
—
ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), minbarra l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tagħha;
—
awtoritajiet pubbliċi u impriżi b’garanzija pubblika; jew
—
kwalunkwe impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun barra mill-Unjoni u li l-funzjonijiet tagħha jkunu jikkorrispondu ma’ dawk tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni jew tad-ditti tal-investiment definiti fl-ewwel u t-tieni inċiż,
li tipparteċipa f’sistema u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jiġu minn ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema;
—
istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), bl-eċċezzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33 ta’ dik id-Direttiva; jew
—
istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), bl-eċċezzjoni ta’ persuna ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva,
li tipparteċipa f’sistema li n-negozju tagħha jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif definit fil-punt (i), l-ewwel inċiż, u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn tali ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema.
Jekk sistema hija sorveljata f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u teżegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment biss kif definit fil-punt (i), it-tieni inċiż, kif ukoll pagamenti li jirriżultaw minn ordnijiet bħal dawn, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li impriżi li jieħdu sehem f’sistema bħal din u li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu l-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan is-sistema, jistgħu jkunu meqjusa bħala istituzzjonijiet, dment li tal-inqas tliet parteċipanti ta’ din is-sistema huma koperti mill-kategoriji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt u li t-tali deċiżjoni tingħata s-setgħa abbażi ta’ riskju sistematiku;
▼M5
(ċ)
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
▼B
(d)
“aġent għall-ħlas” għandu jfisser entità li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u/jew lill-kontraparti ċentrali li jieħu sehem fis-sistemi, kontijiet tal-ħlas li permezz tagħhom ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan sistemi bħal dawn jitħallsu u, skond il-każ, kreditu estiż lil dawk l-istituzzjonijiet u/jew kontrapartijiet ċentrali għall-għanijiet ta’ ħlas;
(e)
“stabbiliment ta’ rilaxx” għandu jfisser entità responsabbli għall-kalkolazzjoni tal-pożizzjoni netta ta’ l-istituzzjonijiet, possibbilment kontraparti ċentrali u/jew possibbilment aġent għall-ħlas;
▼M6
(f)
“parteċipant” għandu jfisser istituzzjoni, CCP, aġent għall-ħlas, stabbiliment ta’ rilaxx, operatur ta’ sistema jew membru tal-ikklirjar ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Skont ir-regoli tas-sistema, l-istess parteċipant jista’ jaġixxi bħala CCP, aġent għall-ħlas jew stabbiliment ta’ rilaxx jew iwettaq dawn il-ħidmiet kollha jew parti minnhom.
Stat Membru jista’, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jikkunsidra parteċipant indirett bħala parteċipant meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ riskju sistemiku, li, madankollu, ma għandux jillimita r-responsabbiltà tal-parteċipant li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment lis-sistema;
▼M1
(g)
“parteċipant indirett” għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għas-settlement, clearing house jew operatur tas-sistema b’relazzjoni kuntrattwali ma’ parteċipant f’sistema li teżegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment li jippermettu li l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment mis-sistema; sakemm l-parteċipant indirett ikun magħruf lill-operatur tas-sistema;
(h)
“titoli” għandha tfisser l-istrumenti kollha li jissemmew fit-taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;
▼B
(i)
“ordni ta’ trasferiment” għandha tfisser:
▼M1
—
kull istruzzjoni minn parteċipant sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ riċevitur ammont ta’ flus permezz ta’ reġistrazzjoni fil-kontijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, bank ċentrali, kontroparti ċentrali jew aġent għas-settlement, jew kwalunkwe istruzzjoni li tirriżulta fis-suppożizzjoni jew fir-rilaxx ta’ obbligu ta’ ħlas kif definit mir-regoli tas-sistema, jew
▼B
—
struzzjoni minn parteċipant sabiex jitrasferixxi t-titolu lil, jew l-interess fi, sigurta jew titoli permezz ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, jew b’mod ieħor;
(j)
“proċedimenti għal nuqqas ta’ likwidità” għandhom ifissru kull miżura ta’ ġbir kif ipprovduta mil-liġi ta’ Stat Membru, jew pajjiż terz, jew sabiex ikun xolt il-parteċipant jew sabiex torganizzah mill-ġdid, meta miżura bħal din tinvolvi s-sospensjoni ta’, jew l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet fuq, trasferimenti jew pagamenti;
(k)
“totaliżżar” għandu jfisser il-konverżjoni f’talba waħda netta jew l-obbligazzjoni waħda netta ta’ talbiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ trasferiment li parteċipant inkella parteċipanti jew joħorġu għal, jew jirċievu minn, wieħed jew aktar parteċipanti bir-riżultat li talba netta biss tista’ tkun mitluba jew obbligazzjoni netta tkun dovuta;
▼M1
(l)
“kont ta’ settlement” għandha tfisser kont fil-bank ċentrali, aġent għas-settlement jew kontroparti ċentrali użat sabiex jinżammu fondi jew titoli u sabiex jitħallsu tranżazzjonijiet bejn parteċipanti f'sistema;
(m)
“sigurtà kollaterali” għandha tfisser l-assi realizzabbli kollha, inklużi, mingħajr limitazzjonijiet, il-kollateral finanzjarju msemmi fl-Artikolu 1(4)(a) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (
5
), ipprovduti b’rahan (inklużi flus ipprovduti b’rahan), xiri mill-ġdid jew ftehim simili, jew mezz ieħor, bil-għan li jkunu żgurati drittijiet u obbligi li potenzjalment jirriżultaw b’konnessjoni ma’ sistema jew ikunu pprovduti lill-banek ċentrali tal-Istati Membri jew lill-Bank Ċentrali Ewropew;
▼M1
(n)
“jum ta’ negozju” għandha tkopri s-servizzi ta’ settlement ta’ bi nhar u ta’ bil-lejl u għandha tinkludi l-avvenimenti kollha li jiġru matul iċ-ċiklu tan-negozju ta’ sistema;
(o)
“sistemi interoperabbli” għandha tfisser żewġ sistemi jew aktar li l-operaturi tas-sistema tagħhom ikunu daħlu f’arranġament bejniethom li jinvolvi l-eżekuzzjoni minn sistema għall-oħra ta’ ordnijiet ta’ trasferiment;
(p)
“operatur ta’ sistema” għandha tfisser l-entità jew l-entitajiet legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema. Operatur ta’ sistema jista’ jaġixxi wkoll bħala aġent għas-settlement, kontroparti ċentrali jew clearing house.
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0026
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|