|
+L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2L-Artikolu 2 Għall-għan ta’ din id-Direttiva:
(a)
“sistema” għandha tfisser arranġament formali:
—
bejn tliet parteċipanti jew aktar, minbarra l-operatur tas-sistema ta’ dik is-sistema, aġent għas-settlement potenzjali, kontroparti ċentrali potenzjali, clearing house potenzjali jew parteċipant indirett potenzjali, b’regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-clearing, kemm permezz ta’ kontroparti ċentrali kif ukoll mingħajru jew l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn il-parteċipanti,
—
irregolati bil-liġi ta’ Stat Membru magħżul mill-parteċipanti; il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jagħżlu biss il-liġi ta’ Stat Membru f’liema wieħed minnhom għandu l-uffiċċju ewlieni tagħhom, u
—
nominati, mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet oħrajn aktar rigorużi ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti mil-liġi nazzjonali, bħala sistema u notifikati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli, wara li dak l-Istat Membru jkun issodisfat rigward l-adegwatezza tar-regoli tas-sistema.
Suġġett għall-kondizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jinnomina bħal sistema bħal din l-arranġament formali bħal dawn li xogħolhom jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif hemm definit fit-tieni subinċiż ta’ (i) u liema sa ċertu punt jesegwixxi ordnijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji oħra, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din tkun ġustifikata abbażi ta’ riskji sistematiċi. Stat Membru jista’ wkoll fuq il-bażi ta’ każ b’każ jinnomina bħala arranġament formali bejn żewġ parteċipanti, mingħajr ma jqisu l-possibbiltà ta’ aġent għal ftehim, il-possibbiltà ta’ kontraparti ċentrali, il-possibbiltà ta’ stabbiliment bankarju jew il-possibbiltà ta’ parteċipant indirett, meta dak l-Istat Membru jikkonsidra li nominazzjoni bħal din hija mogħtija abbażi ta’ riskju sistematiku. Arranġament miftiehem bejn żewġ sistemi interoperabbli m’għandux jitqies bħala sistema;
(b)
“istituzzjoni” għandha tfisser:
—
istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), inkluż l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;
—
ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), minbarra l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tagħha;
—
awtoritajiet pubbliċi u impriżi b’garanzija pubblika; jew
—
kwalunkwe impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun barra mill-Unjoni u li l-funzjonijiet tagħha jkunu jikkorrispondu ma’ dawk tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni jew tad-ditti tal-investiment definiti fl-ewwel u t-tieni inċiż,
li tipparteċipa f’sistema u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jiġu minn ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema;
—
istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), bl-eċċezzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33 ta’ dik id-Direttiva; jew
—
istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), bl-eċċezzjoni ta’ persuna ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva,
li tipparteċipa f’sistema li n-negozju tagħha jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment kif definit fil-punt (i), l-ewwel inċiż, u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn tali ordnijiet ta’ trasferiment f’dik is-sistema.
Jekk sistema hija sorveljata f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u teżegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment biss kif definit fil-punt (i), it-tieni inċiż, kif ukoll pagamenti li jirriżultaw minn ordnijiet bħal dawn, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li impriżi li jieħdu sehem f’sistema bħal din u li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu l-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan is-sistema, jistgħu jkunu meqjusa bħala istituzzjonijiet, dment li tal-inqas tliet parteċipanti ta’ din is-sistema huma koperti mill-kategoriji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt u li t-tali deċiżjoni tingħata s-setgħa abbażi ta’ riskju sistematiku;
(ċ)
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(d)
“aġent għall-ħlas” għandu jfisser entità li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u/jew lill-kontraparti ċentrali li jieħu sehem fis-sistemi, kontijiet tal-ħlas li permezz tagħhom ordnijiet ta’ trasferiment fi ħdan sistemi bħal dawn jitħallsu u, skond il-każ, kreditu estiż lil dawk l-istituzzjonijiet u/jew kontrapartijiet ċentrali għall-għanijiet ta’ ħlas;
(e)
“stabbiliment ta’ rilaxx” għandu jfisser entità responsabbli għall-kalkolazzjoni tal-pożizzjoni netta ta’ l-istituzzjonijiet, possibbilment kontraparti ċentrali u/jew possibbilment aġent għall-ħlas;
(f)
“parteċipant” għandu jfisser istituzzjoni, CCP, aġent għall-ħlas, stabbiliment ta’ rilaxx, operatur ta’ sistema jew membru tal-ikklirjar ta’ CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Skont ir-regoli tas-sistema, l-istess parteċipant jista’ jaġixxi bħala CCP, aġent għall-ħlas jew stabbiliment ta’ rilaxx jew iwettaq dawn il-ħidmiet kollha jew parti minnhom. Stat Membru jista’, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jikkunsidra parteċipant indirett bħala parteċipant meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ riskju sistemiku, li, madankollu, ma għandux jillimita r-responsabbiltà tal-parteċipant li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment lis-sistema;
(g)
“parteċipant indirett” għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għas-settlement, clearing house jew operatur tas-sistema b’relazzjoni kuntrattwali ma’ parteċipant f’sistema li teżegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment li jippermettu li l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment mis-sistema; sakemm l-parteċipant indirett ikun magħruf lill-operatur tas-sistema;
(h)
“titoli” għandha tfisser l-istrumenti kollha li jissemmew fit-taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;
(i)
“ordni ta’ trasferiment” għandha tfisser:
—
kull istruzzjoni minn parteċipant sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ riċevitur ammont ta’ flus permezz ta’ reġistrazzjoni fil-kontijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, bank ċentrali, kontroparti ċentrali jew aġent għas-settlement, jew kwalunkwe istruzzjoni li tirriżulta fis-suppożizzjoni jew fir-rilaxx ta’ obbligu ta’ ħlas kif definit mir-regoli tas-sistema, jew
—
struzzjoni minn parteċipant sabiex jitrasferixxi t-titolu lil, jew l-interess fi, sigurta jew titoli permezz ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, jew b’mod ieħor;
(j)
“proċedimenti għal nuqqas ta’ likwidità” għandhom ifissru kull miżura ta’ ġbir kif ipprovduta mil-liġi ta’ Stat Membru, jew pajjiż terz, jew sabiex ikun xolt il-parteċipant jew sabiex torganizzah mill-ġdid, meta miżura bħal din tinvolvi s-sospensjoni ta’, jew l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet fuq, trasferimenti jew pagamenti;
(k)
“totaliżżar” għandu jfisser il-konverżjoni f’talba waħda netta jew l-obbligazzjoni waħda netta ta’ talbiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ trasferiment li parteċipant inkella parteċipanti jew joħorġu għal, jew jirċievu minn, wieħed jew aktar parteċipanti bir-riżultat li talba netta biss tista’ tkun mitluba jew obbligazzjoni netta tkun dovuta;
(l)
“kont ta’ settlement” għandha tfisser kont fil-bank ċentrali, aġent għas-settlement jew kontroparti ċentrali użat sabiex jinżammu fondi jew titoli u sabiex jitħallsu tranżazzjonijiet bejn parteċipanti f'sistema;
(m)
“sigurtà kollaterali” għandha tfisser l-assi realizzabbli kollha, inklużi, mingħajr limitazzjonijiet, il-kollateral finanzjarju msemmi fl-Artikolu 1(4)(a) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali ( 5 ), ipprovduti b’rahan (inklużi flus ipprovduti b’rahan), xiri mill-ġdid jew ftehim simili, jew mezz ieħor, bil-għan li jkunu żgurati drittijiet u obbligi li potenzjalment jirriżultaw b’konnessjoni ma’ sistema jew ikunu pprovduti lill-banek ċentrali tal-Istati Membri jew lill-Bank Ċentrali Ewropew;
(n)
“jum ta’ negozju” għandha tkopri s-servizzi ta’ settlement ta’ bi nhar u ta’ bil-lejl u għandha tinkludi l-avvenimenti kollha li jiġru matul iċ-ċiklu tan-negozju ta’ sistema;
(o)
“sistemi interoperabbli” għandha tfisser żewġ sistemi jew aktar li l-operaturi tas-sistema tagħhom ikunu daħlu f’arranġament bejniethom li jinvolvi l-eżekuzzjoni minn sistema għall-oħra ta’ ordnijiet ta’ trasferiment;
(p)
“operatur ta’ sistema” għandha tfisser l-entità jew l-entitajiet legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema. Operatur ta’ sistema jista’ jaġixxi wkoll bħala aġent għas-settlement, kontroparti ċentrali jew clearing house. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|