+L-Artikolu 3
---+L-Artikolu 3 1.
---+L-Artikolu 3 2.
---+L-Artikolu 3 3.
---+L-Artikolu 3 4.
|
L-Artikolu 3
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 3 1.
|
L-ordnijiet ta’ trasferiment u t-totalizzar(netting) għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi, anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant, ladarba l-ordnijiet ta’ trasferiment ikunu ddaħħlu fis-sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti ta’ falliment kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli) jew kontra l-operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant.
Fejn l-ordnijiet ta’ trasferiment jiddaħħlu f’sistema wara l-mument tal-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment u jitwettqu fil-jum tan-negozju, kif ġie definit mir-regoli tas-sistema, li matulu jseħħ il-bidu ta’ tali proċedimenti, dawn għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi biss jekk l-operatur tas-sistema jista’ jipprova li, fil-ħin meta tali ordnijiet ta’ trasferiment saru irrevokabbli, ma kienx konxju, u lanqas ma kellu jkun konxju, bil-bidu ta’ tali proċedimenti.
|
|
L-Artikolu 3 2.
|
L-ebda liġi, regolament, regola jew prattika dwar it-twarrib ta’ kuntratti u transazzjonijiet konklużi qabel il-mument tal-bidu ta’ proċedimenti minħabba nuqqas ta’ likwidità, kif definit fl-Artikolu 6(1) m’għandhom iwasslu għan-nuqqas ta’ temma ta’ totalizzar.
|
|
L-Artikolu 3 3.
|
Il-mument ta’ dħul ta’ ordni ta’ trasferiment fis-sistema għandu jkun definit mir-regoli ta’ dik is-sistema. Jekk hemm kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali li tirregola s-sistema dwar il-mument tad-dħul, ir-regoli ta’ dik is-sistema għandhom jaqblu mal-kondizzjonijiet bħal dawn.
|
|
L-Artikolu 3 4.
|
Fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha stess il-mument ta’ dħul fis-sistema tagħha, b’tali mod li tiżgura, safejn possibbli, li r-regoli tas-sistemi interoperabbli kkonċernati kollha huma kkoordinati f’dan ir-rigward. Sakemm ma jkunx espressament previst mir-regoli tas-sistemi kollha, li huma parti tas-sistema interoperabbli, ir-regoli ta’ sistema waħda dwar il-mument ta’ dħul m’għandhom ikunu affettwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħrajn li magħhom hi tkun interoperabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0026
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|