+L-Artikolu 3 1.

L-Artikolu 3 1.

L-ordnijiet ta’ trasferiment u t-totalizzar(netting) għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi, anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant, ladarba l-ordnijiet ta’ trasferiment ikunu ddaħħlu fis-sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti ta’ falliment kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli) jew kontra l-operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant.

Fejn l-ordnijiet ta’ trasferiment jiddaħħlu f’sistema wara l-mument tal-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment u jitwettqu fil-jum tan-negozju, kif ġie definit mir-regoli tas-sistema, li matulu jseħħ il-bidu ta’ tali proċedimenti, dawn għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi biss jekk l-operatur tas-sistema jista’ jipprova li, fil-ħin meta tali ordnijiet ta’ trasferiment saru irrevokabbli, ma kienx konxju, u lanqas ma kellu jkun konxju, bil-bidu ta’ tali proċedimenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0026
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.