L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-AETS u jinformawha bl-awtoritajiet magħżula skont l-Artikolu 6(2). L-AETS għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-website tagħha.
▼M1
L-operatur tas-sistema għandu jindika lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli l-parteċipanti fis-sistema, inkluż kwalunkwe parteċipanti indiretti potenzjali, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom.
Barra mill-indikazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu superviżjoni jew ħtiġiet ta’ awtorizzazzjoni fuq sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom.
L-istituzzjoni għandha, fuq talba, tinforma kwalunkwe persuna bis-sistemi li fihom tipparteċipa u tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli prinċipali li jirregolaw l-operazzjoni ta’ dawk is-sistemi.