Is-sistema li tintgħażel qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda id-Direttiva 98/26/KE taldwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollateral rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (
7
) għandha tibqa’ tkun dik magħżula għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
L-ordni ta’ trasferiment li tidħol fis-sistema qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE, li madankollu titħallas wara dak iż-żmien għandha titqies li hi ordni ta’ trasferiment għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.