Artikolu 12a
Sat-28 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina kif l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet domestiċi tagħhom li jipparteċipaw direttament fis-sistemi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u għal sigurtà kollaterali pprovduta b'rabta mal-parteċipazzjoni f'sistemi bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa għal aktar emendi għal din id-Direttiva fir-rigward tas-sistemi regolati mil-liġi ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn adegwat minn proposti għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva.