+Artikolu 4 Klassifikazzjonjiet nazzjonali ta' l-attivitajiet ekonomiċi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4 Klassifikazzjonjiet nazzjonali ta' l-attivitajiet ekonomiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-istatistika ta' l-Istati Membri ppreżentata skond l-attivitajiet ekonomiċi għandha tkun prodotta permezz tan-NACE Rev. 2 jew ta' klassifikazzjoni nazzjonali li toħroġ minnha.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-klassifikazzjoni nazzjonali tista' tintroduċi intestaturi u livelli addizzjonali u tista' tintuża kodifikazzjoni differenti. Kull wieħed mil-livelli, ħlief l-ogħla, għandu jkun jikkonsisti jew fl-istess intestaturi bħal tal-livell ekwivalenti tan-NACE Rev. 2 jew intestaturi li jikkostitwixxu taqsim preċiż tagħhom.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, għall-approvazzjoni tagħha qabel ma jkunu ppubblikati, l-abbozzi li jiddefinixxu jew jimmodifikaw il-klassifikazzjonjiet nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-konformità ta' dawn l-abbozzi mal-paragrafu 2 fi żmien xahrejn. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-klassifikazzjoni nazzjonali approvata lill-Istati Membri l-oħra għall-informazzjoni. Il-klassifikazzjonjiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandhom jinkludu tabella ta' konkordanza bejn il-klassifikazzjonjiet nazzjonali u n-NACE Rev. 2.
|
|
Artikolu 4 4.
|
F'każ ta' inkompatibilità bejn ċerti intestaturi tan-NACE Rev. 2 u l-istruttura ekonomika nazzjonali, il-Kummissjoni tista' tawtorizza Stat Membru sabiex juża aggregazzjoni ta' l-intestaturi tan-NACE Rev. 2 f'settur speċifiku.
Biex iġib awtorizzazzjoni bħal din, l-Istat Membru kkonċernat irid jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ biex tikkunsidra t-talba tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur.
Madankollu, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, din l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tintitola lill-Istat Membru kkonċernat biex jissuddividi l-intestaturi aggregati b'mod differenti min-NACE Rev. 2.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Il-Kummissjoni għandha, flimkien ma' l-Istat Membru kkonċernat, tirrevedi perjodikament l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-paragrafu 4 biex ikun ivverifikat jekk għadhomx iġġustifikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1893
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|