F'każ ta' inkompatibilità bejn ċerti intestaturi tan-NACE Rev. 2 u l-istruttura ekonomika nazzjonali, il-Kummissjoni tista' tawtorizza Stat Membru sabiex juża aggregazzjoni ta' l-intestaturi tan-NACE Rev. 2 f'settur speċifiku.
Biex iġib awtorizzazzjoni bħal din, l-Istat Membru kkonċernat irid jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ biex tikkunsidra t-talba tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur.
Madankollu, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, din l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tintitola lill-Istat Membru kkonċernat biex jissuddividi l-intestaturi aggregati b'mod differenti min-NACE Rev. 2.