+Artikolu 1 Ambitu
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Ambitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 22, dan ir-Regolament għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet kollha li għandhom dimensjoni Komunitarja, kif definiti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 1 2

2. Konċentrazzjoni jkollha dimensjoni Komunitarja meta:

(a) il-valur tal-bejgħ dinji totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 5,000 miljun, u

(b) il-valur tal-bejgħ totali mill-Komunità kollha ta' mill-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 250 miljun kull waħda,

sakemm kull waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi mill-valur tal-bejgħ totali tagħha mill-Komunità fl-istess Stat Membru.

Artikolu 1 3

3. Konċentrazzjoni li ma tilħaqx il-livelli stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha dimensjoni Komunitarja meta:

(a) il-valur tal-bejgħ dinji totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 2500 miljun;

(b) il-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri;

(ċ) f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri kunsidrati taħt punt (b), il-valur tal-bejgħ totali ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 25 miljun; u

(d) il-valur tal-bejgħ totali fil-Komunità kollha ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun,

sakemm kull waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ totali tagħha mill-Komunità fl-istess Stat Membru.

Artikolu 1 4

4. Skond il-bazi ta' data statistikali li tista' tkun provduta regolarment mill-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill dwar kif qed jaħdmu l-limiti u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 sa' l-1 ta' Lulju 2009. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta wkoll proposti skond il-paragrafu 5.

Artikolu 1 5

5. Wara li jirċievi r-rapport msemi fil-paragrafu 4 u fuq proposta mill-Kummissjoni, l-Kunsill jista' jirrevedi l-limiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jagħmel dan b'maġġoranza kwalifikata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.