|
+Artikolu 1 3 |
Artikolu 1 33. Konċentrazzjoni li ma tilħaqx il-livelli stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha dimensjoni Komunitarja meta: (a) il-valur tal-bejgħ dinji totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 2500 miljun; (b) il-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriżi kollha konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri; (ċ) f'kull wieħed minn ta' l-anqas tlett Stati Membri kunsidrati taħt punt (b), il-valur tal-bejgħ totali ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 25 miljun; u (d) il-valur tal-bejgħ totali fil-Komunità kollha ta' kull waħda minn ta' l-anqas tnejn mill-impriżi konċernati huwa ta' aktar minn EUR 100 miljun, sakemm kull waħda mill-impriżi konċernati ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi tal-valur tal-bejgħ totali tagħha mill-Komunità fl-istess Stat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|