+Artikolu 3 Definizzjoni ta' konċentrazzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 Definizzjoni ta' konċentrazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1. Għandu jitqies li hemm konċentrazzjoni meta jkun hemm bidla fil-kontroll fuq bażi dewwiema, liema bidla tkun ir-riżultat ta':

(a) l-għaqda ta' tnejn jew aktar impriżi, jew ta' partijiet minn impriżi, li qabel kienu indipendenti, jew

(b) l-akkwist, minn persuna jew minn aktar minn persuna waħda li diġa tikkontrolla jew jikkontrollaw mill-anqas impriża waħda, jew minn impriża jew minn aktar minn impriża waħda, ta' kontroll dirett jew indirett ta' impriża jew ta' aktar minn impriża waħda, jew ta' partijiet minn impriża jew minn aktar minn impriża waħda. Dan l-akkwist jista' jsir kemm permezz tax-xiri ta' titoli jew ta' assi, permezz ta' kuntratt jew permezz ta' kull mezz ieħor.

Artikolu 3 2

2. Kontroll għandu jkun permezz ta' drittijiet, kuntratti, jew permezz ta' kull mezz ieħor li, separatament jew flimkien, fil-kuntest tal-fatti u tal-liġijiet involuti, jikkonferixxu l-possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq l-impriża, b'mod partikolari permezz ta':

(a) dritt ta' proprjetà fuq jew dritt ta' użu mill-assi kollha jew minn parti mill-assi ta' impriża

(b) drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-komposizzjoni, l-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet ta' l-organi ta' impriża.

Artikolu 3 3

3. Il-kontroll ikun akkwistat minn persuni jew impriżi li:

(a) huma d-detenturi tad-drittijiet jew huma intitolati għal drittijiet taħt il-kuntratti konċernati; jew

(b) minkejja li mhumiex detenturi ta' dawn id-drittijiet u lanqas ma huma intitolati għal drittijiet taħt dawn il-kuntratti, għandhom s-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti.

Artikolu 3 4

4. Il-ħolqien ta' joint venture li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma għandha tammonta għal konċentrazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1(b).

Artikolu 3 5

5. Għandu jitqies li ma hemmx konċentrazzjoni meta:

(a) istituzzjonijiet li joffru kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew kumpanniji ta' assigurazzjoni, li l-attivitajiet normali tagħhom jinkludu transazzjonijiet u negozju f'titoli f'isimhom proprju jew f'isem ħaddieħor, ikollhom fil-kontroll tagħhom, iżda fuq bażi temporanja, titoli f'impriża li jkunu akkwistawhom bil-għan li jerġgħu ibigħuhom. Dan sakemm ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-vot fir-rigward ta' dawk it-titoli bil-għan li tkun deċiża l-imġieba kompetittiva ta' dik l-impriża jew sakemm jeżerċitaw dawn id-drittijiet tal-vot bil-għan biss li jħejju għall-bejgħ ta' l-impriża kollha jew ta' parti minnha, jew ta' l-assi tagħha jew ta' dawk it-titoli u f'dan il-każ, dakemm il-bejgħ isir fi żmien sena mid-data ta' l-akkwist; dan il-perjodu jista' jkun imtawwal mill-Kummissjoni fuq talba mill-istituzzjoni jew mill-kumpanija konċernata meta din tkun tista' turi li ma kienx raġonevolment possibbli li jsir il-bejgħ f'dan il-perjodu;

(b) il-kontroll ikun akkwistat minn detentur ta' uffiċju skond il-liġi ta' Stat Membru dwar likwidazzjoni, stralċ, insolvenza, waqfien ta' pagamenti, komposizzjonijiet jew proċeduri simili;

(ċ) l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jkunu mwettqa minn kumpanniji li jżommu l-ishma ta' kumpanija jew ta' kumpanniji oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978, liema Direttiva hija ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat u li hija dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji [6]. Iżda dan sakemm id-drittijiet ta' vot fir-rigward ta' l-ishma miżmuma jkunu eżerċitati biss, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħatra ta' membri ta' l-organi ta' ġestjoni u ta' sorveljanza ta' l-impriżi li l-ishma tagħhom huma miżmuma minnhom, sabiex jinżamm il-valur sħiħ ta' dawk l-investimenti u mhux sabiex jiddeterminaw b'mod dirett jew indirett l-imġieba kompetittiva ta' dawk l-impriżi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.