|
+Artikolu 3 5 |
Artikolu 3 55. Għandu jitqies li ma hemmx konċentrazzjoni meta: (a) istituzzjonijiet li joffru kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew kumpanniji ta' assigurazzjoni, li l-attivitajiet normali tagħhom jinkludu transazzjonijiet u negozju f'titoli f'isimhom proprju jew f'isem ħaddieħor, ikollhom fil-kontroll tagħhom, iżda fuq bażi temporanja, titoli f'impriża li jkunu akkwistawhom bil-għan li jerġgħu ibigħuhom. Dan sakemm ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-vot fir-rigward ta' dawk it-titoli bil-għan li tkun deċiża l-imġieba kompetittiva ta' dik l-impriża jew sakemm jeżerċitaw dawn id-drittijiet tal-vot bil-għan biss li jħejju għall-bejgħ ta' l-impriża kollha jew ta' parti minnha, jew ta' l-assi tagħha jew ta' dawk it-titoli u f'dan il-każ, dakemm il-bejgħ isir fi żmien sena mid-data ta' l-akkwist; dan il-perjodu jista' jkun imtawwal mill-Kummissjoni fuq talba mill-istituzzjoni jew mill-kumpanija konċernata meta din tkun tista' turi li ma kienx raġonevolment possibbli li jsir il-bejgħ f'dan il-perjodu; (b) il-kontroll ikun akkwistat minn detentur ta' uffiċju skond il-liġi ta' Stat Membru dwar likwidazzjoni, stralċ, insolvenza, waqfien ta' pagamenti, komposizzjonijiet jew proċeduri simili; (ċ) l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jkunu mwettqa minn kumpanniji li jżommu l-ishma ta' kumpanija jew ta' kumpanniji oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978, liema Direttiva hija ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat u li hija dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji [6]. Iżda dan sakemm id-drittijiet ta' vot fir-rigward ta' l-ishma miżmuma jkunu eżerċitati biss, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħatra ta' membri ta' l-organi ta' ġestjoni u ta' sorveljanza ta' l-impriżi li l-ishma tagħhom huma miżmuma minnhom, sabiex jinżamm il-valur sħiħ ta' dawk l-investimenti u mhux sabiex jiddeterminaw b'mod dirett jew indirett l-imġieba kompetittiva ta' dawk l-impriżi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|