+Artikolu 5 Kalkolu tal-valur tal-bejgħ
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Kalkolu tal-valur tal-bejgħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1. Valur tal-bejgħ totali fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ammonti li l-impriżi konċernati jkunu akkwistaw fis-sena finanzjarja preċedenti mill-bejgħ ta' prodotti u mill-provvista ta' servizzi li jagħmlu parti mill-attività ordinarja ta' l-impriżi wara li jitnaqqsu l-iskontijiet fuq il-bejgħ, t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxi oħra marbuta b'mod dirett mal-valur tal-bejgħ. Il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata ma għandux jinkludi il-bejgħ ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi bejn uħud mill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4.

Valur tal-bejgħ, fil-Komunità jew fi Stat Membru, għandu jinkludi prodotti mibjugħa u servizzi provvduti lil impriżi u konsumaturi, fil-Komunità jew f'dak l-Istat Membru, skond il-każ.

Artikolu 5 2

2. B'deroga minn paragrafu 1, meta l-konċentrazzjoni tkun magħmula mill-akkwist ta' partijiet, kemm jekk kostitwiti bħala entitajiet legali u anke jekk le, ta' impriża jew ta' aktar minn impriża waħda,fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-bejjiegħa, għandu jitqies biss il-valur tal-bejgħ relatat mal-partijiet li huma s-suġġett tal-konċentrazzjoni.

Madankollu, meta jkun hemm żewġ transazzjonijiet jew aktar fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu li jsiru fi żmien perjodu ta' sentejn bejn l-istess persuni jew impriżi, dawn għandhom jitqiesu bħala konċentrazzjoni waħda li toriġina fid-data ta' l-aħħar transazzjoni.

Artikolu 5 3

3. Minflok valur tal-bejgħ għandhom jintużaw dawn li ġejjin:

(a) għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, it-total ta' dawn l-oġġetti tad-dħul, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE [7], wara li jitnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra relatati b'mod dirett ma' dawk l-oġġetti, fejn ikun adattat:

(i) dħul fuq l-interessi u dħul simili;

(ii) dħul minn titoli:

- dħul minn ishma u minn titoli oħra li jrendu dħul li jvarja,

- dħul minn interessi parteċipanti,

- dħul minn ishma f'impriżi affiljati;

(iii) kummissjonijiet li jistgħu jintlaqgħu;

(iv) qligħ nett fuq operazzjonijiet finanzjarji;

(v) dħul ieħor mill-operazzjonijiet.

Il-valur tal-bejgħ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità jew fi Stat Membru għandu jinkludi l-oġġetti tad-dħul, kif definiti hawn fuq, li jkunu riċevuti mill-fergħa jew mid-diviżjoni ta' dik l-istituzzjoni stabbilita fil-Komunità jew fl-Istat Membru konċernat, skond kif ikun il-każ.

(b) għal impriżi ta' assigurazzjoni, għandu jitqies il-valur gross tal-premiums miktuba. Dan għandu jinkludi l-ammonti kollha riċevuti u li jistgħu jkunu riċevuti fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni maħruġa minn jew f'isem l-impriżi ta' assigurazzjoni, inklużi wkoll premiums mħallsa mill-impriżi sabiex jagħmlu ri-assigurazzjoni, u wara li jitnaqqsu t-taxxi u kontribuzzjonijiet parafiskali jew piżijiet imposti skond l-ammonti tal-premiums individwali jew tal-volum totali tal-premiums; f'dak li għandu x'jaqsam ma l-Artikolu 1(2)(b) u (3)(b), (c) u (d) u l-aħħar parti ta' l-Artikolu 1(2) u (3), għandhom jitqiesu l-premji gross li jkunu riċevuti minn residenti tal-Komunità u minn residenti ta' Stat Membru wieħed rispettivament.

Artikolu 5 4

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkulat billi jintgħaddu flimkien il-valuri tal-bejgħ rispettivi ta' dawn li ġejjin:

(a) l-impriża konċernata;

(b) dawk l-impriżi li fihom l-impriża konċernata, b'mod dirett jew indirett:

(i) għandha aktar minn nofs il-kapital jew l-assi kummerċjali, jew

(ii) għandha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(iii) għandha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta' sorveljanza, l-bord amministrattiv jew entitajiet li jirrappreżentaw legalment l-impriżi, jew

(iv) għandha d-dritt li tiġġestixxi l-kummerċ ta' l-impriżi;

(ċ) dawk l-impriżi li għandhom id-drittijiet jew il-poteri msemmija f'(b) fl-impriża konċernata;

(d) dawk l-impriżi li fihom impriża msemmija f'(c) għandha d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b);

(e) dawk l-impriżi li fihom żewġ impriżi jew aktar, msemmija f'(a) sa (d) flimkien għandhom d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b).

Artikolu 5 5

5. Fejn impriżi konċernati mill-konċentrazzjoni flimkien għandhom d-drittijiet u l-poteri msemmija fil-paragrafu 4(b), meta jkun qed jiġi kalkulat il-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriżi konċernati għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) ma għandux jitqies il-valur tal-bejgħ mill-bejgħ ta; prodotti jew mill-provvista ta' servizzi bejn l-impriża konġunta u kull waħda mill-impriżi konċernati jew kull impriża oħra li għandha rabtiet ma' xi waħda minnhom, kif stabbilit fil-paragrafu 4(b) sa (e);

(b) għandu jitqies il-valur tal-bejgħ mill-bejgħ ta; prodotti u l-provvista ta' servizzi bejn l-impriża konġunta u kull impriżi terzi. Dan il-valur tal-bejgħ għandu jinqasam b'mod indaqs bejn l-impriżi konċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.