|
+Artikolu 5 4 |
Artikolu 5 44. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkulat billi jintgħaddu flimkien il-valuri tal-bejgħ rispettivi ta' dawn li ġejjin: (a) l-impriża konċernata; (b) dawk l-impriżi li fihom l-impriża konċernata, b'mod dirett jew indirett: (i) għandha aktar minn nofs il-kapital jew l-assi kummerċjali, jew (ii) għandha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew (iii) għandha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta' sorveljanza, l-bord amministrattiv jew entitajiet li jirrappreżentaw legalment l-impriżi, jew (iv) għandha d-dritt li tiġġestixxi l-kummerċ ta' l-impriżi; (ċ) dawk l-impriżi li għandhom id-drittijiet jew il-poteri msemmija f'(b) fl-impriża konċernata; (d) dawk l-impriżi li fihom impriża msemmija f'(c) għandha d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b); (e) dawk l-impriżi li fihom żewġ impriżi jew aktar, msemmija f'(a) sa (d) flimkien għandhom d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|