+Artikolu 7 Sospensjoni ta' konċentrazzjonijiet
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
|
Artikolu 7 Sospensjoni ta' konċentrazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja kif definit f‘Artikolu 1, jew konċentrazzjoni li għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(5), ma għandhiex tkun implimentata qabel tkun notifikata jew qabel ma tkun dikjarata kompatibbli mas-suq komuni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikoli 6(1)(b), 8 (1) jew 8 (2), jew a bażi ta' preżunzjoni skond l-Artikolu 10(6).
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni ta' offerta pubblika jew ta' serje ta' transazzjonijiet f'titoli inklużi dawk li jistgħu jinbidlu f'titoli oħra u li tħallew jiġu negozjati f'suq bħal ma huwa borża u li permezz tagħhom kien akkwistat il-kontroll, fis-sens ta' l-Artikolu 3, minn diversi bejjiegħa. Dan sakemm: (a) il-konċentrazzjoni tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4; u (b) minn jakkwista ma jeżerċitax id-drittijiet tal-vot marbuta mat-titoli konċernati jew jagħmel hekk biss sabiex iżomm il-valur totali ta' l-investimenti tiegħu u dan a bażi ta' deroga mogħtija mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-Kummissjoni tista', wara li ssirilha talba, toħroġ deroga mill-obbligi imposti fil-paragrafi 1 jew 2. It-talba biex tingħata deroga għandha tinkludi l-argumenti u r-raġunijiet ta' min jagħmilha. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar din it-talba, l-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, l-effetti tas-sospensjoni fuq waħda jew aktar minn waħda mill-impriżi konċernati fir-rigward tal-konċentrazzjoni jew fuq parti terz u t-theddida lill-kompetizzjoni li tipperżenta l-konċentrazzjoni. Din id-deroga tista ssir b'kundizzjonijiet u obbligi sabiex ikunu assigurati l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva. L-applikazzjoni għal deroga tista' ssir u d-deroga tista' tingħata f'kull stadju, kemm qabel in-notifika u anki wara t-transazzjoni.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Il-validità ta' transazzjoni mwettqa b'kontravenzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiddependi minn deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b) jew l-Artikolu 8(1), (2) jew (3) jew minn preżunzjoni skond l-Artikolu 10(6). Madankollu, dan l-Artikolu ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-validità ta' transazzjonijiet f'titoli inklużi dawk li jistgħu jinbidlu f'titoli oħra u li tħallew jiġu negozjati f'suq bħalma hija borża, sakemm ix-xerrej u l-bejjiegħ kienu jafu jew kellhom ikunu jafu li t-transazzjoni saret b'kontravenzjoni tal-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|