+Artikolu 8 Poteri tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7
---+Artikolu 8 8

Artikolu 8 Poteri tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(2) u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

Deċiżjoni li tiddikjara li konċentrazzjoni hija kompatibbli għandha titqies bħala li tkopri restrizzjonijiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

Artikolu 8 2

2. Meta l-Kummissjoni ssib li, wara bidliet mill-impriżi konċernati, konċentrazzjoni notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(2) u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

Mad-deċiżjoni tagħha, l-Kummissjoni tista' tinkludi kundizzjonijiet u obbligi maħsuba biex jassiguraw li l-impriżi konċernati jirrispettaw r-rabtiet li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li l-konċentrazzjoni tkun kompatibbli mas-suq komuni.

Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala waħda kompatibbli għandha titqies li tkopri restrizzjonijiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

Artikolu 8 3

3. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji definiti fl-Artikolu 2(3) jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat, hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni mhix kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 8 4

4. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni:

(a) diġà kienet implimentat u dik il-konċentrazzjoni kienet dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni, jew

(b) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond il-paragrafu 2, liema deċiżjoni sabet li, fl-assenza tal-kundizzjoni, il-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(3) jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat,

il-Kummissjoni tista':

- titlob lill-impriżi konċernati biex ixolju l-konċentrazzjoni, b'mod partikolari permezz tax-xoljiment ta' l-għaqda jew tad-disponiment ta' l-ishma u l-assi kollha li kienu akkwistati, sabiex treġġa' lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni; f'ċirkostanzi fejn dan ma jkunx possibbli permezz tax-xoljiment tal-konċentrazzjoni, l-Kummissjoni tista' tieħu kull miżura oħra adattata sabiex, sa fejn ikun possibbli, is-sitwazzjoni titreġġa lura għal kif kienet qabel.

- tordna kull miżura oħra adattata sabiex tassigura li l-impriżi konċernati jxolju l-konċentrazzjoni jew jieħdu miżuri oħra li jreġġgħu lura s-sitwazzjoni, kif mitlub fid-deċiżjoni tagħha.

F'każijiet li jaqgħu taħt il-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, il-miżuri msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu jkunu imposti jew b'deċiżjoni skond il-paragrafu 3 jew b'deċiżjoni separata.

Artikolu 8 5

5. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżura interim xierqa sabiex terġa ġġib jew iżżomm kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva meta konċentrazzjoni:

(a) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 7, u deċiżjoni dwar il-kompatibilità tal-konċentrazzjoni mas-suq komuni tkun għadha ma ingħatatx;

(b) kienet implimentata b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond l-Artikolu 6(1)(b) jew il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(ċ) kienet diġà ġiet implimentata u hija dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 8 6

6. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka id-deċiżjoni li tkun ħadet skond il-paragrafi 1 jew 2 meta:

(a) id-dikjarazzjoni ta' kompatibilità hija ibbażata fuq informazzjoni li mhix korretta li għaliha hija responsabbli waħda mill-impriżi jew meta d-dikjarazzjoni kienet akkwistata b'qerq; jew

(b) l-impriżi konċernati jiksru obbligu marbut mad-deċiżjoni.

Artikolu 8 7

7. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni skond il-paragrafi 1 sa 3 mingħajr ma tkun marbuta bil-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 10(3), każijiet fejn:

(a) issib li konċentrazzjoni kienet implimentata

(i) b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta mad-deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b), jew

(ii) b'kontravenzjoni ta' kundizzjoni marbuta ma' deċiżjoni mogħtija skond il-paragrafu 2 u skond l-Artikolu 10(2), liema deċiżjoni tkun iddikjarat li, fl-assenza tal-kundizzjoni, l-konċentrazzjoni toħloq dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni.

(b) deċiżjoni kienet revokata skond il-paragrafu 6.

Artikolu 8 8

8. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-impriżi konċernati u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, dwar id-deċiżjoni tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.