+Artikolu 11 Talbiet għal informazzjoni
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
---+Artikolu 11 7

Artikolu 11 Talbiet għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1. Sabiex taqdi d-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista', permezz ta' talba sempliċi jew permezz ta' deċiżjoni, titlob lill-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), kif ukoll impriżi u assoċċjazzjonijiet ta' impriżi, sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 11 2

2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni lil persuna, lil impriża jew lil assoċjazzjoni ta' impriżi, l-Kummissjoni għandha tindika l-bażi legali u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi perjodu ta' żmien li fih għandha tkun mogħtija l-informazzjoni, kif ukoll il-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 għall-ogħti ta' informazzjoni li mhix korretta jew qarrieqa.

Artikolu 11 3

3. Meta l-Kummissjoni, permezz ta' deċiżjoni titlob persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi biex jagħtu informazzjoni, hija għandha tindika l-bażi legali u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi perjodu ta' żmien li fih għandha tkun mogħtija l-informazzjoni. Hija għandha wkoll tindika l-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 u tindika jrew timponi l-penali stabbiliti fl-Artikolu 15. Barra minn hekk, hija għandha tindika wkoll d-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tirrevedi d-deċiżjoni.

Artikolu 11 4

4. Il-proprjetarji ta' l-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom, u fil-każ ta' persuni legali, kumpanniji jew ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma għandhom personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati mil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom biex jirrappreżentawhom, għandhom jagħtu l-informazzjoni mitluba f'isem l-impriża konċernata. Persuni li huma awtorizzati kif suppost sabiex jaġixxu f'isem il-klijenti tagħhom, jistgħu jagħtu din l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Il-klijenti jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, ma tkunx korretta jew tkun qarrieqa.

Artikolu 11 5

5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja ta' kull deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu r-residenza l-persuna jew li fit-territorju tiegħu għandha l-uffiċju l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ukoll mingħajr dewmien kopja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li t-territorju tiegħu huwa milqut. Fuq talba speċifika mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Kummissjoni għandha tibgħat ukoll lil dik l-awtorità kopji ta' talbiet sempliċi għal informazzjoni dwar konċentrazzjoni notifikata.

Artikolu 11 6

6. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament.

Artikolu 11 7

7. Sabiex tkun tista' twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tintervista kull persuna naturali jew legali li tagħti l-kunsens tagħha biex tkun intervistata bil-għan li tinġabar informazzjoni dwar is-suġġett ta' l-investigazzjoni. Fil-bidu ta' l-intervista, li tista' ssir permezz tat-telefon jew permezz ta' mezzi elettroniċi oħra, il-Kummissjoni għandha tindika l-bażi legali u l-iskop ta' l-intervista.

Meta intervista ma ssirx fuq proprjetà tal-Kummissjoni jew permezz tat-telefon jew mezzi elettroniċi oħra, l-Kummissjoni għandha tinforma minn qabel lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-intervista. Jekk ikun mitlub mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, uffiċjali ta' dik l-awtorità jistgħu jassistu l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex jagħmlu l-intervista.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.