+Artikolu 13 Setgħat ta' spezzjoni tal-Kummissjoni
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
---+Artikolu 13 8

Artikolu 13 Setgħat ta' spezzjoni tal-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1. Sabiex taqdi d-dmirijiet mogħtija lilha f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta' impriżi u ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi.

Artikolu 13 2

2. L-uffiċjali, u persuni oħra li jakkompanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu spezzjoni għandu jkollhom is-setgħa:

(a) li jidħlu fi proprjetà, f'art u f'mezzi ta' trasport ta' l-impriżi u ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi;

(b) li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra marbuta man-negozju, irrispettivament mill-mezz li fih kienu maħżuna;

(ċ) li jieħdu jew jiksbu f'kull forma, kopji ta' jew partijiet minn dawn il-kotba jew reġistri;

(d) li jissiġillaw kull proprjetà fejn isir in-negozju u kotba jew reġistri għall-perjodu u sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni;

(e) li jistaqsu kull rappreżentant jew membru tal-persunal ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi dwar spjegazzjoni ta' fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni u li jżommu rekord tat-tweġibiet.

Artikolu 13 3

3. Uffiċjali, u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni u l-penali stabbiliti fl-Artikolu 14 fil-każ li l-kotba meħtieġa jew reġistri oħra marbuta man-negozju li jingħataw lill-uffiċjali ma jkunux kompluti jew fil-każ li t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet magħmula skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu inkorreti jew qarrieqa. Il-Kummissjoni għandha, minn żmien adattat qabel l-ispezzjoni, tavża lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni, dwar l-ispezzjoni.

Artikolu 13 4

4. Impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi huma meħtieġa li jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet ordnati mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-ispezzjoni, tiffissa l-ġurnata li fiha ħa tibda l-ispezzjoni u tindika l-penali stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15, kif ukoll d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni għandha tieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet wara li tkun ikkonsultat ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni.

Artikolu 13 5

5. Uffiċjali ta' l-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni, kif ukoll dawk l-uffiċjali awtorizzati jew maħtura minn din l-awtorità, għandhom, fuq talba ta' l-istess awtorità jew tal-Kummissjoni, ifittxu li jassistu l-uffiċjali, u l-persuni li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop, huma għandhom ikollhom is-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 13 6

6. Meta l-uffiċjali, u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni, jaraw li impriża qiegħda topponi għal spezzjoni ordnata skond dan l-Artikolu, inkluż l-issiġillar tal-proprjetà fejn isir in-negozju, tal-kotba jew tar-reġistri, l-Istat Membru konċernat għandu joffrilhom l-għajnuna meħtieġa u għandu jitlob, fejn ikun xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta' awtorita ta' infurzar ekwivalenti, sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu iwettqu l-ispezzjoni.

Artikolu 13 7

7. Jekk skond ir-regoli nazzjonali, l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 6, teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġuridika, għandha ssir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.

Artikolu 13 8

8. Meta ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, l-awtorità ġuridika nazzjonali għandha tassigura li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija awtentika u li l-miżuri ta' sfurzar ikkunsidrati fid-deċiżjoni mhumiex la arbitrarji u lanqas eċċessivi meta meqjusa fid-dawl tas-suġġett ta' l-ispezzjoni. Meta tkun qed teżamina l-proporzjonalità tal-miżuri ta' sfurzar, l-awtorità ġuridika nazzjonali tista' tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għal spjegazzjonijiet dettaljati dwar is-suġġett ta' l-ispezzjoni. Madankollu, l-awtorità ġuridika nazzjonali ma tistax tidħol fil-mertu tal-ħtieġa li ssir spezzjoni u lanqas ma tista' titlob li tingħata l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni biss mill-Qorti tal-Ġustizzja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.