|
+Artikolu 14 2 |
Artikolu 14 22. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi multi ta' mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriża konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) jew l-impriżi konċernati meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza, huma (a) jonqsu milli jinnotifikaw konċentrazzjoni skond l-Artikoli 4 jew 22(3) qabel ma tkun implimentata, sakemm m'humiex awtorizzati espressament biex jagħmlu hekk fl-Artikolu 7(2) jew f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 7(3); (b) jimplimentaw konċentrazzjoni bi ksur ta' l-Artikolu 7; (ċ) jimplimentaw konċentrazzjoni li kienet dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 8(3) jew ma jħarsux xi miżura ordnata f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 8(4) jew (5); (d) jonqsu milli jħarsu kundizzjoni jew obbligu imposti b'deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 6(1)(b), l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|