|
1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi fuq jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, multi ta' mhux aktar minn 1 % mill-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza: (a) jipprovdu informazzjoni li mhix korretta jew li hi qarrieqa f'sottomissjoni, f'ċertifikazzjoni, f'notifika jew f'suppliment għal notifika, skond l-Artikolu 4, l-Artikolu 10(5) jew l-Artikolu 22(3); (b) jipprovdu informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fi tweġiba għal talba magħmula skond l-Artikolu 11(2); (ċ) jipprovdu informazzjoni żbaljata, inkompleta jew qarrieqa jew ma jipprovdux l-informazzjoni fiż-żmien stabbilit, fi tweġiba għal talba magħmula f'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 11(3); (d) jipprovdu l-kotba meħtieġa jew reġistri oħra marbuta man-negozju f'forma inkompleta matul spezzjonijiet skond l-Artikolu 13, jew jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4); (e) bi tweġiba għal mistoqsija magħmula skond l-Artikolu 13(2)(e), - jagħtu tweġiba żbaljata jew qarrieqa, - jonqsu milli jirranġaw tweġiba żbaljata, inkompleta jew qarrieqa mogħtija minn membru tal-persunal fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew - jonqsu milli jew jirrifjutaw li jipprovdu tweġiba kompleta dwar fatti marbuta mas-suġġett u l-iskop ta' spezzjoni ordnata b'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 13(4); (f) jitkissru siġilli magħmula minn uffiċjali, jew persuni oħra li jakkompanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(2)(d).
|