|
+Artikolu 15 1 |
Artikolu 15 11. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, pagamenti perjodiċi ta' penali ta' mhux aktar minn 5 % tal-valur tal-bejgħ totali medju ta' kuljum ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 għal kull jum utli ta' dewmien, kalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, u dan sabiex tikkostrinġihom: (a) jipprovdu informazzjoni kompleta u korretta kif mitluba minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11(3); (b) jissottomettu għal spezzjoni ordnata minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4); (ċ) iħarsu obbligu impost b'deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu; jew (d) iħarsu xi miżura ordnata b'deċiżjoni skond l-Artikolu 8(4) jew (5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|