+Artikolu 15 Pagamenti perjodiċi ta' penali
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2

Artikolu 15 Pagamenti perjodiċi ta' penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, pagamenti perjodiċi ta' penali ta' mhux aktar minn 5 % tal-valur tal-bejgħ totali medju ta' kuljum ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 għal kull jum utli ta' dewmien, kalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, u dan sabiex tikkostrinġihom:

(a) jipprovdu informazzjoni kompleta u korretta kif mitluba minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11(3);

(b) jissottomettu għal spezzjoni ordnata minnha f'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4);

(ċ) iħarsu obbligu impost b'deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b), l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu; jew

(d) iħarsu xi miżura ordnata b'deċiżjoni skond l-Artikolu 8(4) jew (5).

Artikolu 15 2

2. Meta l-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jissodisfaw l-obbligu li minħabba l-infurzar tiegħu kienu ordnati pagamenti perjodiċi ta' penali, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-ammont definittiv ta' pagamenti perjodiċi ta' penali bħala figura iżgħar minn dik li kienet tirriżulta fid-deċiżjoni oriġinali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.